F’ħarġa tal-almanakk letterarju СОЗВУЧИЕ (li tlissinha “Sożvuċie”) li tnediet waqt il-XXX Fiera Internazzjonali tal-Ktieb fil-belt kapitali tal-Belarussja f’Marzu ta-2023, ħarġet it-traduzzjoni għar-Russu minn Yana Psaila (fir-ritratt) tal-poeżija tiegħi “Todo Relacion.”
Il-paġni minn 153 sa 174 huma ddedikati għal Malta, kollu xogħol ta’ Yana Psaila. Fil-bidu ta’ din it-taqsima hemm intervista li kienet tat f’Diċembru tal-2022 lil waħda mill-gazzetti tar-Repubblika tal-Belarussja dwar Malta, il-letteratura, l-awturi Maltin, u l-ħidma tagħha fil-qasam tat-traduzzjoni ta’ xogħlijiet letterarji mill-Malti u għall-Malti minn għadd ta’ lingwi.
Malta ġiet irrappreżentata f’dal-almanakk mit-traduzzjonijiet ta’ Yana Psaila għar-Russu ta’ poeżiji ta’ Oliver Friggieri, Louis Briffa, Omar Seguna, Immanuel Mifsud, Ġorġ Peresso, Charles Coleiro, u tiegħi (ara l-paġni 170-171).
Ħajr mill-qalb lil Yana Psaila tax-xogħol li ilha tagħmel is-snin biex tqarreb il-letteraturi ta’ ġnus differenti lejn xulxin.