Konferenza Pubblika fuq ir-Retorika Politika

Nhar is-Sibt, 22 ta’ April 2023, bejn it-8.30am u s-1.00pm, fl-Aula Prima tal-Valletta Campus tal-Università ta’ Malta fi Triq San Pawl, il-Belt Valletta, se ssir konferenza nazzjonali fuq ir-retorika politika bl-isem ta’ “Il-Qawwa tal-Kelma: Ir-Retorika Politika.”

Il-konferenza, organizzata bi sħab bejn id-Dipartiment tal-Politika Pubblika u d-Dipartiment tal-Malti fi ħdan l-Università, hija miftuħa għal kulħadd u d-dħul huwa b’xejn. 

Aula Prima, Valletta Campus, L-Università ta’ Malta

Il-Qawwa tal-Kelma: Ir-Retorika Politika

Id-diskorsi se jiffukaw fuq l-istrateġiji retoriċi tal-oraturi, fil-biċċa l-kbira mexxejja politiċi ewlenin fl-istorja riċenti ta’ Malta, u l-kuntesti storiċi li fihom saru d-diskorsi tagħhom. Tnejn mill-interventi se jkunu fuq aspetti tar-retorika ta’ Duminku Mintoff: André DeBattista se jitkellem fuq “Il-Knisja u n-narrattiva reliġjuża fil-kitba u d-diskors ta’ Duminku Mintoff” u Christabelle Borg fuq “L-arti tal-kelma fid-diskorsi politiċi ta’ Duminku Mintoff.” Lara Stagno se titkellem fuq “Il-kariżma etika msarrfa f’retorika effettiva: Id-diskorsi ta’ Eddie Fenech Adami tal-1981 u l-1982,” waqt li Omar Seguna se jitkellem fuq “It-traġitt fil-ħsieb edukattiv:  Ħarsa analitika lejn il-kitbiet ta’ Ugo Mifsud Bonnici u Evarist Bartolo.” L-intervent ta’ Adrian Grima se jkun fuq “‘Politika Nadifa, Soċjetà Ġusta’: L-Ethos f’Diskors ta’ Andrea Dibben.”

It-tliet diskorsi l-oħra se joffru perspettiva iktar wiesgħa: Anne Marie Thake se tiffoka fuq “Slogans elettorali: Ir-retorika politika f’Malta;” Clyde Puli se jistħarreġ “Ir-retorika morali fid-dibattitu dwar l-introduzzjoni tal-abort f’Malta;” u Christa Boffa se titkellem fuq “Mekkaniżmi ta’ Persważjoni fil-Lingwaġġ Politiku Kontemporanju Malti.”

Il-konferenza se jiftħuha Mario Thomas Vassallo, Kap tad-Dipartiment tal-Politika Pubblika, u l-Pro-Rettur tal-Università ta’ Malta, Carmen Sammut, u li se titkellem fuq “Is-sabiħ tal-interdixxiplinarjetà skont l-istrateġija tal-Università ta’ Malta.” Id-diskussjonijiet bis-sehem tal-udjenza se jitmexxew minn Justine Somerville u George Vital Zammit u l-konferenza se tingħalaq b’interventi mill-Kap tad-Dipartiment tal-Malti, Michael Spagnol, u d-Dekan tal-FEMA, Emmanuel Said.

Din hija t-tieni darba li dawn iż-żewġ dipartimenti minn fakultajiet differenti tal-Università ta’ Malta qed jaħdmu flimkien fuq konferenza nazzjonali. F’April tal-2022, fil-Parlament saret l-ewwel konferenza minn din is-sensiela ta’ Lingua Politik fuq “Il-Poter tal-Kelma: Politika u Letteratura f’Oliver Friggieri.” Il-ktieb bid-diskorsi li saru dakinhar, editjat minn Mario Thomas Vassallo u Michael Spagnol, wasal biex jiġi ppubblikat mill-uffiċċju tal-Ispeaker tal-Parlament bi sħab maż-żewġ dipartimenti.

Dawk li biħsiebhom jattendu għandhom jimlew din il-formola elettronika sa nhar it-Tlieta 4 ta’ April.


Programm tal-Konferenza

Disinn ta’ Gabriel Izzo tal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Università ta’ Malta

Konferenza Nazzjonali mtellgħa mid-Dipartiment tal-Politika Pubblika u d-Dipartiment tal-Malti fi ħdan l-Università ta’ Malta

Is-Sibt, 22 ta’ April 2023 | Aula Prima, Valletta Campus

08:30 Reġistrazzjoni

09:00 Kelmtejn ta’ merħba

Dott. Mario Thomas Vassallo, Kap tad-Dipartiment tal-Politika Pubblika

09:10 Is-sabiħ tal-interdixxiplinarjetà skont l-istrateġija tal-Università ta’ Malta

Prof. Carmen Sammut, Pro-Rettur għall-Affarijiet tal-Istudenti u l-Istaff u l-Kuntatt mas-Soċjetà

L-ewwel sessjoni

Tmexxi s-Sa Justine Somerville, Dipartiment tal-Malti

09:20 Il-Knisja u n-narrattiva reliġjuża fil-kitba u d-diskors ta’ Duminku Mintoff

Is-Sur André DeBattista, Assistent Lettur, l-Istitut għall-Istudji Ewropej

09:35 L-arti tal-kelma fid-diskorsi politiċi ta’ Duminku Mintoff 

Is-Sa Christabelle Borg, Għalliema

09:50 Il-kariżma etika msarrfa f’retorika effettiva: Id-diskorsi ta’ Eddie Fenech Adami tal-1981 u l-1982

Is-Sa Lara Stagno, Għalliema u riċerkatriċi

10:05 Slogans elettorali: Ir-retorika politika f’Malta

Dott. Anne Marie Thake, Dipartiment tal-Politika Pubblika

10:20 Diskussjoni bis-sehem tal-udjenza

10:40 Waqfa għall-kafè

It-tieni sessjoni

Imexxi Dott. George Vital Zammit, Dipartiment tal-Politika Pubblika

11:00 Ir-retorika morali fid-dibattitu dwar l-introduzzjoni tal-abort f’Malta

Is-Sur Clyde Puli, Soċjologu, Dipartiment tal-Politika Pubblika

11:20 It-traġitt fil-ħsieb edukattiv:  Ħarsa analitika lejn il-kitbiet ta’ Ugo Mifsud Bonnici u Evarist Bartolo

Dott. Omar Seguna, Edukatur u editur letterarju ta’ It-Torċa

11:35 Mekkaniżmi ta’ Persważjoni fil-Lingwaġġ Politiku Kontemporanju Malti

Is-Sa Christa Boffa, Speċjalista tal-komunikazzjoni

11:50 ‘Politika Nadifa, Soċjetà Ġusta’: L-ethos f’diskors ta’ Andrea Dibben

Prof. Adrian Grima, Dipartiment tal-Malti

12:05 Diskussjoni bis-sehem tal-udjenza

12:20 Riflessjonijiet finali

Dott. Emmanuel Said, Dekan tal-Fakultà tal-Ekonomija, Ġestjoni u Kontabilità

Dott. Michael Spagnol, Kap tad-Dipartiment tal-Malti

12:40 Ritratt Kommemorattiv u għeluq tal-konferenza


One thought

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s