Il-Poeżija għat-Tfal fuq Ilsienna

Nhar is-Sibt 18 ta’ Frar 2023 deher intervent tiegħi fil-programm Ilsienna fuq TVM fuq il-letteratura għat-tfal li ppubblikajt fil-ktieb ta’ poeżiji, Vleġġa Kkargata (KKM 2012), u fil-ktieb ta’ novelli, Din Mhix Logħba (KKM 2012). Fil-programm iffukajt fuq il-poeżiji għat-tfal. Fil-filmat spikkaw it-tpinġijiet mill-isbaħ ta’ Karen Caruana fiż-żewġ kotba.

Il-ktieb ta’ poeżiji Vleġġa Kkargata (KKM 2012) u l-ktieb ta’ novelli Din Mhix Logħba (KKM 2012).

Fl-intervent tiegħi għedt li nikteb għat-tfal għax f’din il-kitba nħoss li nista’ nkun avventuruż u nilgħab bil-lingwa b’mod differenti mill-kitba għall-kbar, li wkoll għandha s-sens ta’ avventura u logħob tagħha. Poeżiji bħal “Pappaparola” u “Bali Ta’ Qali” għalija joffru proprju dan il-gost u fl-istess ħin jagħtu l-attenzjoni li mhux dejjem nagħtu lil-lingwa, lill-ħsejjes, lill-kliem bħala kliem u mhux bilfors bħala strumenti ta’ tifsir.

Il-poeżija “It-Traġedja tal-Iljunfant Li Ried Jidħol f’Gaġġa tal-Għasafar” fil-ktieb Vleġġa Kkargata

Imbagħad tkellimt fuq temi iktar serji, li normalment inqisuhom “tal-kbar” imma li fil-fatt huma tat-tfal ukoll, anki jekk insibuha bi tqila biex naċċettaw din id-dimensjoni tagħhom. Hawnhekk jidħlu kitbiet għat-tfal u l-adolexxenti dwar esperjenzi ibsin bħall-mard u l-mewt li minkejja r-riżervi tagħna, huma parti mit-tiġrib tat-tfal ukoll u l-letteratura, jekk xejn, tista’ tgħinhom biex jipproċessawhom. F’dan il-kuntest qrajt strofa waħda mill-poeżija “Morfina La Trid Tistrieħ.”

Ftit iktar aħdar mis-soltu

Il-filmati ta’ Ilsienna issa jinsabu fuq Youtube hawnhekk.


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s