
Kuntent ħafna li l-ktieb tiegħi Vleġġa Kkargata (KKM 2012), bi tpinġijiet ta’ Karen Caruana u produzzjoni ta’ Joseph Mizzi, rebaħ l-ewwel post fil-kategorija tal-kotba għat-tfal ta’ bejn 8 u 12-il sena. Il-kotba l-oħrajn li kienu nnominati f’din il-kategorija kienu Avventuri mill-Klassi ta’ Miss Ambrożja Pulis Kiftaranipinġini ta’ Audrey Friggieri (Merlin Publishers), Jake Cassar u r-Reġina Fidelja f’boċċa tal-ħġieġ ta’ Clare Azzopardi (Merlin Publishers), Jake Cassar u l-istorja tar-Reġina x-Xiħa ta’ Clare Azzopardi (Merlin Publishers), u Tqasqis ta’ Trevor Zahra (Merlin Publishers).
Fl-edizzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-kotba li ħarġu fl-2012, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kien iddeċieda li Tqasqis u Vleġġa Kkargata ma setgħux jikkompetu għax kienu nnominati huma biss. Għalhekk daħlu fil-kompetizzjoni mal-kotba li ħarġu fl-2013.
Vleġġa Kkargata (KKM) għandu tpinġijiet ta’ Karen Caruana. Il-ktieb tewmi tiegħu, ġabra ta’ novelli bl-isem ta’ Din Mhix Logħba, rebaħ it-tieni post fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb tal-2013.
—
L-Istqarrija uffiċjali tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb: Kotba 2013. Is-serata ta’ premjazzjoni seħħet nhar il-5 ta’ Diċembru 2014 f’ċerimonja uffiċjali fil-Berġa ta’ Kastilja. Preżenti għas-serata u d-diskors uffiċċjali tal-Prim Ministru u taċ-Chairman tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, kien hemm il-finalisti kollha flimkien ma mistiedna speċjali.
Ir-Rebbieħa għal kull kategorija huma dawn:
KATEGORIJA “PROŻA LETTERARJA (RUMANZI BIL-MALTI)”
WALID NABHAN
L-EŻODU TAĊ-ĊIKONJI
KATEGORIJA “PROŻA LETTERARJA (NOVELLI BIL-MALTI)”
ALFRED SANT
ĊPAR – AKTAR RAKKONTI U DIVERTIMENTI
KATEGORIJA “POEŻIJA BIL-MALTI”
IMMANUEL MIFSUD
PENELOPI TISTENNA
KATEGORIJA “KOTBA GĦAL TFAL MINN 8 SA 12-IL SENA”
ADRIAN GRIMA
VLEĠĠA KKARGATA
KATEGORIJA “TRADUZZJONI”
TONI AQUILINA
L-ALLA TAL-ĦERBA TA’ YASMIN REZA
KATEGORIJA “KOTBA TA’ NATURA UMANISTIKA BIL-MALTI JEW BL-INGLIŻ”
MARIO AZZOPARDI
VERĠNI SAGRI, DEMONJI U BOLOH GĦAL ALLA
PREMJU GĦALL-AĦJAR PRODUZZJONI TA’ KTIEB BIL-MALTI
MERLIN PUBLISHERS LIMITED
WHAT HAPPENS IN BRUSSELS STAYS IN BRUSSELS
PREMJU GĦALL-AĦJAR PRODUZZJONI TA’ KTIEB B’LINGWA OĦRA
MIDSEA BOOKS
LATE MEDIEVAL MALTA (1091-1500)
PREMJU GĦALL-AĦJAR ILLUSTRATUR
TREVOR ZAHRA
TQASQIS
PREMJU LIL DIK IL-PERSUNA LI TAT KONTRIBUT SIEWI FIL-LETTERATURA JEW FIL-QASAM TAL-KTIEB
PROF. GODFREY WETTINGER
Storiku Malti li speċjalizza fiż-Żmien Nofsani, kiteb numru kbir ta’ kotba u studji importanti fosthom fuq l-iskjavi u l-ismijiet tal-postijiet f’Malta, u li flimkien ma’ Michael Fsadni skopra l-Kantilena, l-eqdem kitba Maltija.
—