
Dan huwa t-tim tal-Awturi li ħa sehem fit-tournament organizzat mill-RTK b’risq id-Dar Tal-Providenza Siggiewi. Grazzi Tonio Bonello, u grazzi George Cremona.
Kienet prattikament l-ewwel darba li lgħabna flimkien. Tajna logħba lil kulħadd. 0-0 mas-Saċerdoti: il-gowler tagħhom għamel il-mirakli kollha possibbli; 1-2 mal-SVDP (li rebħu t-tournament); 0-1 mat-Turiżmu; u 1-2 mal-Politiċi (konna minn fuq…).
Warajna jidhru t-tazzi li rbaħna.
Ħasra li Jonathan Balzan ma setax ikun magħna għax kien imweġġa’. Bosta awturi oħrajn ma setgħux jiġu minħabba impenji oħrajn. Għal darb’oħra.
Proset lill-plejers qalbiena tagħna: Keith Attard, Glen Calleja, Robert Farrugia Flores, Sergio Grasso (mhux fir-ritratt), William Grech, Carlston Grima, Murad Shubert, u Mark Abela (iz-Zizza),
U fuq kollox, proset tad-donazzjoni li tajna lid-Dar tal-Providenza.
—