DRIVE TIME L-ĦIN KOLLU

traffiku

Il-problema tat-traffiku hija waħda minn dawk il-problemi li mhux faċli ssolviha bi tweet jew kumment ħelu waqt Xarabank. Hija problema li biex insolvuha rridu nagħmlu bidliet importanti fil-mod kif ngħixu, fir-relazzjoni tagħna mal-ħin u mal-art (mibnija u mimllija żżejjed) li ngħixu fiha.

Imma min se jmexxina f’din il-bidla diffiċli li trid issir fuq medda ta’ snin – aktar milll-ħames snin li hemm bejn elezzjoni u oħra? Gvern wara l-ieħor qagħad (mingħalih) jgħaddina biż-żmien. U r-riżultat narawh kuljum, kull filgħodu, kull ħin tal-ġurnata, fil-fatt. Imnalla jkun ir-radju. “Drive time” l-ġurnata kollha.

L-ambjentalisti antiċipaw dawn il-problemi ħafna snin ilu. Bħas-soltu. U bħas-soltu l-politika tal-interessi qagħdet tgħaddi kummenti ħelwin fuq Xarabank. U s-sala ċċapċap. Għax meta tmur tara spettaklu ċċapċap. Hemm mod kif din il-problema tat-trasport insolvuha mingħajr il-politika tal-ispettaklu?

Kif nistgħu nieħdu deċiżjonijiet politiċi importanti u fit-tul mingħajr il-politika tal-interessi li tiġi u tmur wara ħames snin?

Hemm ħafna politiċi, mhux biss dawk tal-Alternattiva bħal Carmel Cacopardo, li dawn l-affarijiet jafuhom. Għax ma noħolqux moviment trasversali biex insolvu din il-problema tat-traffiku li se tkompli tikber u se tkompli tikkawża t-tip ta’ problemi li nafuhom ilkoll?

Is-soluzzjonijiet, ftit jew wisq, nafuhom: Carmel isemmihom hawnhekk. B’moviment trasversali (kummissjoni nazzjonali b’poteri kbar), li jintrefa’ mill-interessi immedjati tal-partiti l-kbar, nistgħu nagħmlu dak li s’issa ebda gvern ma kien kapaċi jagħmel. Moviment bħal dan jista’ jitmexxa mill-AD, imma l-partiti l-kbar mhux se jaċċettaw. Ma jimpurtax wisq. L-importanti li minflok ngħattu x-xemx bl-għarbiel, nibdew insolvu l-problemi li se jirtu mingħandna ta’ warajna minħabba n-nuqqas ta’ ħila tagħna, tagħna lkoll, biex niftiehmu.

https://carmelcacopardo.wordpress.com/2015/01/04/reducing-122000-vehicles-from-maltas-roads/

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s