Tħeġġiġa lill-Kittibin

Juann Mamo 

Din il-poeżija ta’ Juann Mamo dehret fil-gazzetta Il Cotra (7 ta’ Awwissu, 1930)

'Il quddiem, O wlied il-Gżira!
Ħeġġu l-poplu biex isir
dak li qatt ma kien fl-imgħoddi
għajr l-imgħakkes, ħlief l-ilsir!
 
Iktbu dejjem, għallmu l-poplu,
Ulied Malta kittibin:
uru t-triq lill-poplu fqajjar
sabiex le nibqgħu mjassrin.
 
Aqbdu tkellmu minn kull għoli
b'dik il-kelma kollha nar!
Xejn la tibżgħu: aqbdu l-armi
minn tal-pinna u l-klamar.
 
B'dak li tafu għallmu l-poplu;
uruh dejjem fiex jinsab:
jekk mhux issa meta, 'mmela,
meta nkunu taħt it-trab?
 
Żmien il-jasar tar u spiċċa:
floku dieħel il-ħelsien!
Ej' niftħulu l-ibwieb beraħ
ħalli jidħol bla dewmien.
 
Dam il-Malti wisq ma ntebaħ,
u f'għajb waħxi bosta dam:
iżda llum iż-żmien daħallu,
u fuq qaddu donnu qam!
 
Bosta kienu dawk l-għedewwa
li għal żmien marru jassruh;
iżda minnu fl-aħħar x'riedu,
li fit-triq jibdew jgħallquh?
 
Imma le, għaliex hekk ġara,
f'kull pajjiż saret kefrija
sa ma l-Kotra mbagħad intebħet,
fis ingħaqdet għalanija.
 
Qamet titlob dak l'hu tagħha,
għad li damet bosta snin:
imma fl-aħħar il-Ħaqq għaleb,
bħalma ġara mal-Maltin!
 
Kunu xebh, O l-aħwa, mela,
ta' dik Artkom dawk l-iswar,
għax jekk le, l-għadu jirbaħkom,
u jitfagħkom ġewwa n-nar!
 
Uri, poplu, li trid tifhem,
trid tintebaħ fiex tinsab:
uri, poplu, li trid tirbaħ
lill-għedewwa, kollhom sħab!
 
U int ikollok ħbieb mexxejja
li jwarrbuk kull waqt, kull ħin,
mid-daqqiet li għal fuq dahrek
neżlin dlonk mill-argużin!
 
Juann Mamo

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s