Juann Mamo

Riċerka | Research

Juann Mamo, mill-passaport ta’ John B. Mamo (1921)

Juann Mamo (28 ta’ Settembru 1886, Ħal Luqa – 28 ta’ April 1941, Iż-Żurrieq) huwa wieħed mill-iktar awturi innovattivi tal-letteratura Maltija tas-seklu 20. Ix-xogħol letterarju ewlieni tiegħu huwa r-rumanz irreverenti Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka (1930-31), li r-raba’ edizzjoni tiegħu ħarġet fl-2013 (ed. Adrian Grima), imma kiteb ukoll għadd ta’ novelli, miġburin fi Ġrajja Maltija (ed. Mark Vella, 2010), ktieb ta’ xjenza u maġija popolari, Ġabra ta’ Sigrieti (1934), għadd ta’ poeżiji miġburin f’Tħeġġiġa lill-Kittibin (ed. Analise Vassallo), u fuq mitejn artiklu li dehru fil-gazzetti (li nġabru minn Jessica Micallef, 2015). ARA l-bijografija kollha

Riċerka akkademika fuq wieħed mill-iktar awturi intraprendenti tal-letteratura Maltija

Il-Ħajja u l-Kitbiet ta’ Juann Mamo

Bijografija essenzjali aġġornata ta’ Juann Mamo u lista tal-kitbiet tiegħu li ppubblika hu jew inġabru wara mewtu.

Kitbiet ta’ Riċerka u Analiżi

Il-kitbiet, it-taħditiet u l-programmi radjofoniċi li fihom Adrian Grima janalizza l-personalità u x-xogħol ta’ Juann Mamo.

Taħditiet u Programmi tar-Radju

Il-filmati tal-Konferenza Juann Mamo li saret fl-2013 organizzata mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta, is-sensiliet L-Amerka ta’ Mamo (2010-11) u Mamo l-Veru (2014) fuq Campus FM, u taħditiet u interventi oħrajn.

Biblijografija Komprensiva

Il-kitbiet kollha ta’ awturi differenti, f’kull tip ta’ pubblikazzjoni, mill-gazzetti sal-kotba u r-rivisti akkademiċi, li janalizzaw il-personalità u x-xogħol ta’ Juann Mamo.

Erba’ Kitbiet ta’ Juann Mamo

L-artiklu “Il-Belliegħa tan-Nazzjon Maltija” (1921); in-novella “F’Tarf il-Mazzita ż-Żbiba” (1933); il-poeżija “Tħeġġiġa lill-Kittibin” (1930); u Kap III mir-rumanz Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka (1930-31)