Is-Sirja f’Rue de Malte

Il-mezzi tax-xandir dominanti effettvament jgħidulna li l-għażla fis-Sirja hija bejn il-barbariżmu ta’ Daesh u l-ordni ripressiv ta’ Bashar el Assad. L-akkademiku ewlieni Ziad Majed jispjega li s-sitwazzjoni hija ferm iżjed kumplessa u, minkejja t-traġedja ta’ mitt funeral kuljum u s-saħħa tal-industrija konvenjenti tal-gwerra, hemm kultura sħiħa u mifruxa fuq livell popolari ta’ umanità kbira u ta’ tmexxija komunitarja.

Majed, li se jkun Malta f’nofs Marzu għal konferenza internazzjonali, jgħid li dawk fostna li jridu juru l-appoġġ tagħhom lill-poplu tas-Sirja, minbarra atti konkreti ta’ solidarjetà umana, għandhom jitkellmu kontra l-krimini tal-gwerra u l-krimini kontra l-umanità tar-reġim Sirjan u l-alleati tiegħu: mill-użu tal-armi kimiċi u l-bumbardament sistematiku tal-iskejjel, l-isptarijiet u s-swieq, sat-tortura u l-għajbien ta’ dawk li ma jaqblux miegħu. L-evidenza teżisti kollha u nġabret b’mod sistematiku minn fuq il-post min-nies u ġiet iddokumentata minn għaqdiet u istituzzjonijiet ewlenin.

Majed jemmen li “n-negozjati” li jinvolvu r-reġim Sirjan qatt ma jistgħu joffru ġustizzja u libertà lill-poplu Sirjan.

Sun 5 PM · 40 Rue de Malte, 75011 Paris, France

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s