Id-Drammatiċità Malinkonika ta’ Valentin de Boulogne

 

valentin-de-boulogne_david-with-the-head-of-goliath_thyssen-bornemisza-_madrid
Valentin de Boulogne, “David avec la tête de Goliath et deux soldats” 1620-1622

Ilbieraħ studenta tad-Dipartiment tal-Malti, L-Università ta’ Malta, Sarah, kitbitli dwar it-teżi tagħha. Qed taħdem fuq żewġ awturi Maltin tas-seklu 20 u bħalissa qed tiffoka fuq it-tekniki li jinqdew bihom biex joħolqu atmosfera jew burdata drammatika. Fit-taħdita tagħhom fil-Mużew tal-Louvre dwar wirja tax-xogħol tal-pittur Valentin de Boulogne – Réinventer Caravage, f’Auditorium li jesa’ 500 ruħ mimli sa ruħ ommu, Sébastian Allard u Annick Lemoine tkellmu dwar id-drammatiċità li kważi dejjem fittex li joħloq dan Valentin de Boulogne fil-pittur tiegħu mnebbħa, fost l-oħrajn, minn Caravaggio. Wieħed mill-argumenti tagħhom kien li dan il-pittur irnexxielu jdaħħal element psikoloġiku qawwi fid-drammatiċità tiegħu, u speċjalment ċerta malinkonija.

valentin.jpg

Uħud mill-għodod tiegħu kienu l-kjaroskur, ovvjament, il-kulur, l-għażla tal-ispazju li fih isseħħ l-azzjoni (aktarx xi dverna), l-allużjonijiet artistiċi, ngħidu aħna dawk għall-iskultura klassika, u r-rakkonti, speċjalment dawk bibliċi. Bħal pitturi oħrajn, il-pittur Franċiż Valentin de Boulogne pittur iktar minn darba l-istess tema, l-istess xena, l-istess karattru, iżda kull darba għafas fuq elementi partiklulari, u f’dan is-sens ikkummenta dwar dak li ġie qablu, u anki dwar dan li pinġa qabel hu stess.

Kull xogħol jinħadem f’kuntesti diffferenti fl-istess ħin; kull xogħol jinħadem minn kuntesti differenti fl-istess ħin. Anki xogħol letterarju. Iż-żewġ awturi li qed taħdem fuqhom Sarah jikkreaw id-drammatiċità tagħhom f’tematika u f’sitwazzjonijiet differenti u jinqdew b’għodod differenti wkoll. Ir-rakkonti tagħhom iridu jinqraw fil-kuntest ta’ dak li nkiteb qabilhom, dak li kien qed jinkiteb minn ħaddieħor fi żmienhom, dak li kitbu huma stess f’xogħlijiet oħrajn. Id-drammatiċità jorbtuha mat-temi differenti li huma l-aktar għal qalbhom u jinqdew biha l-aktar biex iġiegħlu lill-qarrejja tagħhom iħossu għall-karattri tagħhom bħalma jħossu għalihom huma. F’dan is-sens, l-analiżi tad-drammatiċità f’pittur bħal Valentin de Boulogne u fiż-żewġ awturi Maltin tas-seklu għoxrin li qed taħdem fuqhom Sarah mhijiex differenti wisq.

Remerciements :Cette exposition est organisée par le musée du Louvre, Paris et par le Metropolitan…
LOUVRE.FR

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s