Ktieb dwar Dun Karm għall-bejgħ

Diċembru 2011

Għadu kemm ħareġ il-ktejjeb “Minn kull xorta ta’ qżież.” Dun Karm u l-konfini tal-identità fil-mument tal-metafora ta’ Dr Adrian Grima.

Dan l-istudju għandu jinteressa lil min jistudja l-lingwa u l-letteratura Maltija, il-metafora, in-Nazzjonaliżmu, l-istorja soċjali u politika ta’ Malta ta’ qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, inklużi l-Faxxiżmu, il-qawl qadim ta’ “Malta fior del mondo” u l-ġrajjiet li nqalgħu meta l-Isqof għamel prietka bit-Taljan. L-istudju jiddiskuti temi bħall-verġinità u r-rappreżentazzjoni tan-nisa, b’referenza għal L-Għerq tad-Dimonju Mikxuf f’Malta tal-Mons. Pawlu Galea, il-kunċetti tas-safa u l-ħmieġ, u ritratt ta’ Dun Karm liebes ta’ Għarbi meħud Tuneż fl-1901. Hemm dan u iżjed f’dan il-qari wiesa’ u oriġinali ta’ poeżija straordinarja miktuba minn poeta mill-aqwa.minn-kull-xorta-ta-qziez_adrian-grima

Parti minn din ir-riċerka nqrat fil-Konferenza Karmen Mikallef Buħaġar organizzata mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università fid-9 ta’ Diċembru 2011.

Jekk tixtieq tirċievi kopja tal-ktejjeb (64pp), ikteb lid-Dipartiment tal-Malti malti-arts@um.edu.mt u ibgħat l-indirizz residenzjali tiegħek. Qed nitolbu donazzjoni ta’ €4 biex tgħinna nifdu parti mill-ispejjeż tal-produzzjoni. Il-flus tista’ tibgħathom b’ċekk pagabbli lill-Università ta’ Malta, fl-indirizz Fondazzjoni Karmen Mikallef Buħaġar, Id-Dipartiment tal-Malti, L-Università, L-Imsida MSD 2080.


Minn kull xorta ta’ qżież: Dun Karm tal-bieraħ u llum

Aleks Farrugia, It-Torċa

Nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ Diċembru, f’Sala Francis Ebejer (LT2) tal-Università ta’ Malta (wara l-Librerija), Dr. Adrian Grima se jagħmel taħdita pubblika miftuħa għal kulħadd dwar Dun Karm bl-isem ta’ ‘Minn kull xorta ta’ qżież’. Il-konfini tal-identità u l-mument tal-metafora f’poeżija ta’ Dun Karm.” It-taħdita tibda fis-7.00pm, organizzata mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta u mill-Fondazzjoni Karmen Mikallef Buħaġar. Wara jkun hemm diskussjoni miftuħa għall-pubbliku preżenti.

Fis-sala se jkun hemm ukoll kotba, dokumentarji u materjal ieħor dwar Dun Karm li ħareġ din is-sena fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-mewt tiegħu.

Adrian Grima se jitkellem dwar poeżija mhux tas-soltu ta’ Dun Karm, “Lil Malta. tal-Lum u ta’ Għada,” li fiha l-poeta jesprimi l-għadab tiegħu għal soċjetà Maltija li għalih kienet qiegħda tittradixxi l-kultura u l-identità tagħha.

Għall-analiżi ta’ din il-poeżija u poeżiji simili ta’ Dun Karm, Adrian Grima se jinqeda b’artiklu u b’poeżija minn gazzetti Maltin tas-snin tletin, bħal Il Cotra, Il Ħmara u Malta Taghna; b’ritratti u stampi oħrajn u se jirreferi għal għadd ta’ testi u riżorsi li għall-ewwel jidhru mbegħdin ħafna minn xulxin, fosthom it-testi kritiċi fundamentali ta’ Oliver Friggieri dwar Dun Karm; il-kritika ħarxa kontra Manwel Dimech tal-Kan. Pawlu P. Galea fil-ktieb tiegħu tal-1912, Il Kerk ta’d-Demoniu micxuf f’Malta; ix-xogħol klassiku tal-antropologa Mary Douglas fuq Purity and Danger; kitbiet kanoniċi u testi psikanalitiċi dwar il-virginità u l-kastità, bħal The Banquet of the Ten Virgins, or Concerning Chastity tal-qaddis San Metodju tas-seklu 3; xogħlijiet akkademiċi fuq il-metafora ta’ Ricoeur, Cohen, Eco, Lakoff u Ning Yu; u l-kitbiet ta’ intellettwali Faxxisti ewlenin, Luigi M. Ugolini u Francesco Ercole, li kitbu dwar Malta fis-snin tletin tas-seklu għoxrin.

Adrian, inti poeta kontemporanju li spiss fil-poeżija tiegħek timrah fil-mergħat ta’ dinja globalizzata u kosmopolitana. Kif iltqajt ma’ Dun Karm?

Iltqajt l-aktar mal-umanità tiegħu, fil-fraġilità u l-prekarjetà kollha tagħha, fid-dubji u l-qtigħ il-qalb tagħha. Id-Dun Karm li jogħġobni l-aktar huwa dak li jabbanduna ċ-ċertezzi tiegħu u jistqarr il-biżgħat u d-dgħufijiet l-aktar profondi tiegħu, bħal fil-poeżija ‘Il-Ġerrejja u Jien’ jew f’‘Wied Qirda.’ Dawn għalija huma poeżiji dwar iċ-ċokon tagħna l-bnedmin, il-fraġilità tagħna. Iżda miktubin b’ħeffa u poetiċità li minkejja li għaddew għexieren ta’ snin minn fuqhom jibqgħu jemozzjonawni.

Lingwistikament, Dun Karm huwa purista u ideoloġikament huwa konservattiv ħafna, imma xorta jirnexxilu juża l-lingwa b’mod memorabbli fl-aħjar xogħlijiet tiegħu, bħal ‘Lil Malta. Tal-Lum u ta’ Għada’ li se nitkellem dwarha fit-taħdita li se nagħmel l-Università.

Qegħdin infakkru l-ħamsin sena minn mewtu. Il-bniedem miet, imma l-poeżija ta’ Dun Karm għadha ħajja?

M’hemmx dubju. Imma wisq nibża’ li l-poeżija tiegħu ma nafuhiex wisq. Huwa poeta iktar kumpess, iktar imqalleb minn ġewwa milli kultant nippreżentawh. Fuq kollox huwa mgħallem kbir tal-kbir, tar-ritmu, tal-ħoss, tax-xbieha…

Jekk irridu li l-poeżija tiegħu tibqa’ ħajja rridu nibqgħu naqrawha u nispiraw ruħna minnha, bħalma għamlu t-tfal li attendew workshop tal-kitba tal-poeżija organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ. Clare Azzopardi talbithom jitnebbħu mill-poeżija ta’ Dun Karm, ‘Xi Nħobb… Ma Nħobbx il-Gwerra’. Meta qraw il-poeżiji tagħhom fil-pubbliku dwar dak li jħobbu – u ma jħobbux, verament emozzjonawna. Meta l-poeżija ta’ Dun Karm tnebbaħna tikseb ħajja ġdida lil hinn mill-ħajja li diġà għandna bħala poeżija sabiħa li tqanqlek anki meta ma taqbilx mal-ideoloġija tagħha.

Kif jirrelata ma’ Dun Karm – il-poeta marbut ifittex l-identità ta’ pajjiżu qalb il-konfini taċ-ċokon ta’ din il-gżira – poeta bħalek, li kif diġà għedna, l-ispirazzjoni tiegħek teħodha mill-ftuħ ta’ dinja li titraxxendi l-konfini?

Ħafna Maltin iħossuhom qrib ħafna tal-ideat ta’ Dun Karm dwar Malta, l-hekk imsejħa ‘identità Maltija,’ ir-relazzjoni tagħna mal-barranin, it-tradizzjoni, il-mod kif nirrakkontaw lilna nfusna… F’ċertu sens aħna pajjiż ċkejken bi kwalitajiet sorprendenti bħal stat indipendenti li baqa’ essenzjalment romantiku.

Għalina diffiċli biex inħossu l-qrubija ta’ ġnus oħrajn li jekk jaqbdu ferrovija b’oħra jispiċċa f’pajjiż ieħor, f’lingwa oħra, qalb drawwiet differenti. Fil-każ ta’ Malta, il-konfini bejn ‘aħna’ u ‘huma’ huma ċari ħafna, iddisinjathom għal dejjem il-ġografija tagħna bħala gżira.

Jien inħossni qrib ħafna ta’ dak li jkun qed iseħħ fi bnadi oħrajn tad-dinja, speċjalment fil-Mediterran (imma mhux biss), imma qalbi marbuta ħafna magħha u mal-lingwa tagħna. Forsi għalhekk f’din it-taħdita se nerġa’ nitkellem fuq l-idea li għandu Dun Karm ta’ Malta: għax tinteressa u tqanqal lili wkoll.

Min-naħa l-oħra, ma nifhimx għaliex Dun Karm jibża’ daqshekk mill-barranin fil-poeżija tiegħu, għaliex jarahom daqshekk bħala korruzzjoni ta’ xi identità Maltija li weħlet fiż-żmien minflok baqgħet dejjem tiżviluppa. Nifhem il-kuntest storiku, il-ħtieġa li jistabbilixxi identità Maltija billi jifridha mill-identitajiet tal-barranin. Minkejja li ż-żmien ta’ biżgħat bħal dawn ilu li spiċċa xorta għadha tara f’pajjiżna ksenofobija li tagħmel ħsara kbira lilna nfusna.

Naqblu żgur li Dun Karm kien mgħallem tal-kelma. Fid-dinja tal-lum, fejn aktarx li l-immaġni ħadet is-supremazija fuq il-kelma, xi rwol għandu Dun Karm f’dan il-qasam?

Veru, l-immaġni importanti ħafna. L-immaġni u s-sound bite. L-erba’ kelmiet memorabbli li suppost jiġbru l-kumplessità kollha fi frażi li tinftiehem faċilment. Xogħol il-letteratura huwa li tiġġieled bla ħniena kontra kultura ta’ banalizzazzjoni u superfiċjalizzazzjoni li timliena b’‘veritajiet’ foloz u spjegazzjonijiet stupidi li jidhru intelliġenti u veri ħafna.

Il-letteratura trid tiġġieled kontra din is-superfiċjalizzazzjoni bil-qawwa tal-kelma maħsuba, maħduma, elaborata. U din il-kelma, jekk jistednuha fuq programm fejn trid tieqaf fin-nofs, m’għandhiex taċċetta li tmur. Għax għandna biżżejjed nofs diskors u diskors mhux maħsub, diskors li ma fihx imħabba lejn il-lingwa u fuq kollox lejn il-verità kumplessa tal-ħajja. F’dan is-sens, Dun Karm, bil-kontradizzjonijiet umani kollha tiegħu, jgħallimna.

Inkun korrett jekk ngħid li d-dinja ta’ Dun Karm hija essenzjalment mibnija fuq il-fidi, imbagħad in-nazzjon – bħallikieku hemm xi rabta bejn it-tnejn li ma tistax tinħall? U jekk hu hekk, kemm għadha rilevanti din l-idea llum?

Il-poeżija ta’ Dun Karm għandha ħafna wċuħ. Mhux għax tippreżenta wiċċ b’ieħor, imma għax il-bnedmin u r-realtajiet li jgħixu għandhom ħafna wċuħ. L-aħjar poeżiji tiegħu jinqasmu primarjament bejn dawk personali li jitkellmu dwar l-esperjenzi tal-bniedem fil-ħajja u dawk li jitkellmu dwar l-ideali nazzjonalistiċi tiegħu.

Fil-verità hemm affinità kbira bejn dawn iż-żewġ friegħi tal-kitba letterarja tiegħu, għax in-nazzjon ideali tiegħu huwa bbażat fuq familja rurali patrijarkali (fis-sens femminista tal-kelma patrijarkali, fejn l-ordni hija stabbilità mill-missier, mill-Missier), Kattolika tradizzjonali, bl-omm id-dar tieħu ħsieb l-ulied imdawrin magħha u ‘l bogħod mill-ħajja pubblika. Il-poeżija personali tiegħu, dik li fiha jitkellem dwar l-esperjenza tiegħu bħala bniedem u mhux bilfors bħala Malti, tixtieq terġa’ lura sikwit lejn din il-familja ideali li għandu fl-immaġinazzjoni tiegħu.

Anki fil-fidi Kattolika tiegħu kif tidher fil-poeżija ssib rikostruzzjoni tal-familja idealizzata, b’Alla l-Missier u l-Madonna bħala l-omm verġni ideali. Fil-poeżija tiegħu, Dun Karm jaspira għal purezza kulturali u fuq kollox morali li titlob kuntatt mill-inqas mal-barranin, ma’ dawk li m’għandhomx l-istess ideali tiegħu. Imma l-ħajja tiegħu stess, hu li siefer kemm-il darba u għamilha ma’ ħafna nies, turi li din il-purezza hija ideali, immaġinarja, mhix reali.

Hija wkoll purezza li tirrifletti ideat konservattivi ħafna dwar kif il-bnedmin għandhom iġibu ruħhom fis-soċjetà, fil-politika, fir-reliġjon, fl-influwenzi kulturali li jfittxu… L-għażla li ‘jċekken lilu nnifsu’ u jikteb bil-Malti kienet għażla kuraġġuża mmens, riskjuża ħafna. U kellu jħallas prezz ta’ din l-għażla. Anki l-għażla li jirrispetta u jgħolli ċerti aspetti tal-kultura popolari rurali. Anki hawn ried isaffi l-lingwa u l-kultura Maltija minn dak li kien iqisu bħala ħmieġ, jew ‘qżież,’ jew tniġġis, skont il-fehmiet tiegħu dwar x’inhu safi u x’inhu mniġġes.

Jekk irridu naqraw lil Dun Karm illum, irridu nkunu konxji minn dawn l-għażliet tiegħu.

Inti se tkun qed tippreżenta taħdita dwar Dun Karm bl-isem ‘Minn Kull Xorta ta’ Qżież’, liema taħdita se ssir nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ Diċembru fis-Sala Francis Ebejer fl-Università, l-Imsida u tibda fis-7 ta’ filgħaxija. X’irid ifisser dan it-titlu kemxejn stramb?

Il-kliem “Minn Kull Xorta ta’ Qżież” huwa meħud minn vers ta’ poeżija pjuttost eċċezzjonali ta’ Dun Karm, ‘Lil Malta. Tal-Lum u ta’ Għada’ tal-1934, li hija poeżija politika u moralista li tikkummenta ħafna fuq il-Malta verament imqallba tal-bidu tas-snin tletin tas-seklu 20. Dun Karm jindirizza l-poeżija b’ironija kbira lil “Malta Fior del Mondo,” titlu li hu jsejjaħlu “qawl ta’ qabel żmienna.”

Qabel ma bdejt naħdem fuq dan l-istudju kont naħseb, bħal ħafna oħrajn, li dan il-‘qawl’ twieled f’dawk is-snin imma bl-għajnuna ta’ Olvin Vella u Dr. Albert Ganado skoprejt li fil-fatt huwa qawl antik ħafna li għandu mijiet ta’ snin… Imma m’hemmx dubju li fis-snin tletin kien assoċjat mal-filotaljani Nazzjonalisti…

Dun Karm jixli lil Malta li tilfet ruħha u li l-art-mara li kienet warda safja, kasta, issa saret “mara belha,” mara tat-triq forsi, b’kull xorta ta’ ħmieġ morali dieħel ġewwa fiha. Il-konnotazzjonijiet sesswali ta’ din l-akkuża qawwija u verament rari ta’ Dun Karm huwa ċari ħafna.

Ħamsin sena wara mewtu, għad baqa’ x’niskopru minn kitbiet Dun Karm? Fis-sens, x’rilevanza għad baqagħlu; għadu jitħaddet magħna llum, jew sempliciment sar test mill-imgħoddi li r-rilevanza tiegħu hija marbuta mal-mument li l-Malti beda jieħu xeħta letterarja serja?

Ir-rilevanza tal-poeżija ta’ Dun Karm tiddependi għal kollox mill-mod kif naqrawha aħna llum, b’dak li nagħmlu biha, bl-imħabba li għandna lejha imma bid-distanza li biha niflu l-ideoloġija tagħna. Ili ħafna snin naħdem fuq il-poeżija ta’ Dun Karm u fuq in-narrattiva u l-kitbiet l-oħrajn ta’ Juan Mamo: huwa żewġ kittieba profondament differenti, tista’ tgħid opposti. Imma t-tnejn insibhom interessanti ħafna u kull meta naqrahom insib li qed niskopri affarijiet ġodda dwar Malta, dwar in-natura umana u dwari nnifsi.


minn-kull-xorta-ta-qziez_adrian-grima_shih

Il-ħarġa tal-Erbgħa ta’ Malta Today, kellha artiklu fuq din it-taħdita tad-9 ta’ Diċembru bbażat fuq intervista ta’ Teodor Reljic miegħi u kummenti ta’ Dr. Bernard Micallef, kap tad-Dipartiment tal-Malti. L-intervista saret fil-25 ta’ Novembru:

Public Talk by the Department of Maltese

Dr. Adrian Grima on Dun Karm’s Angry Moment of Metaphor

On Friday, 9th December, at Francis Ebejer Hall (LT2), at 7.00pm, Dr. Adrian Grima will give a public talk in Maltese entitled, “’Minn kull xorta ta’ qżież.’ Dun Karm u l-konfini tal-identità fil-mument tal-metafora.” The talk will be followed by an open discussion. With the aid of visual material, Dr. Grima will propose a multidisciplinary reading of Dun Karm’s rhetorically powerful and unusually angry poem, “Lil Malta. Tal-lum u ta’ Għada,” focusing on the poet’s use of metaphor to denounce Malta, the fallen “fior del mondo,” as a promiscuous woman morally and culturally defiled by “all manner of filth.” This event is being organised by the Fondazzjoni Karmen Mikallef Buħaġar and the Department of Maltese at the University of Malta, and is open to academics, students, and the general public. Entrance is free.

This year there has seen a proliferation of events marking the 50th anniversary of the death of he who Laurent Ropa, a French citizen of Gozitan origin, in 1935, hailed as the national poet of Malta. There have been formal, institutional events, but also more creative happenings, including dramatised readings of what is arguably Dun Karm’s most important work poem, Il-Jien u Lilhinn Minnu, and a workshop for children rewriting one of his poems about times of peace and war. The talk being organised by the Department of Maltese is a critical appraisal of one of Dun Karm’s most striking poems and his romantic notions of identity.

Adrian Grima’s multidisciplinary reading of Dun Karm’s work will draw on such disparate resources as Fr. Paul P. Galea’s book about Il Kerk ta’d-Demoniu micxuf f’Malta published in 1912; the classic work of anthropologist Mary Douglas on the notions of Purity and Danger; canonical works and more recent psychoanalytical texts about virginity and chastity, like The Banquet of the Ten Virgins, or Concerning Chastity by St. Methodius from the third century; academic works on metaphor by Ricoeur, Cohen, Eco, Lakoff and Ning Yu; and leading Fascist intellectuals working on Malta in the 1930s like Luigi M. Ugolini and Francesco Ercole.

— How relevant do you think Dun Karm is as a poet? Especially given how he’s ossified as ‘national poet’ – do you think that, having been made such a historical artefact, he runs the risk of becoming a piece of historical furniture, rather than a dynamic artist in his own right?

The risk of Dun Karm being ossified as a national poet, as you put it, is very real. Because it is not up to Dun Karm to remain relevant, but up to us as readers of his poetry. We are the ones who will render Dun Karm’s relevant or irrelevant, who will consign him to history or render him a major source of inspiration because of the creative, sometimes transgressive way he uses language. We will consign him to history if we read him uncritically, if we don’t respect his ideology but stand at a safe distance from its trappings.

What can you say about the surrounding events on Dun Karm happening this year? How would you assess the way contemporary artists are responding to his legacy? Indeed – what, in your mind, are some of his most enduring poems and perceptions… on Maltese life and beyond?

Even though I don’t share his ideas about the Maltese identity, I admire the way he writes about it, his use of metaphor and his great ear for rhythm is poems like “Lil Malta. Tal-Lum u ta’ Għada,” “Lid-Dielja,” “Wied Qirda” and “Il-Ġerrejja u Jien.” He writes beautifully. Celebrating Dun Karm is necessarily celebrating the vigour of his poetic voice. In a review published in 1962 in the Bulletin of the School of Oriental and African Studies in London, the well-known academic Arabist Pierre Cachia wrote about the “enjoyment” and “edification” to be derived from Dun Karm’s poetry, his “pleasing and apposite imagery,” the “lofty and true” sentiment. I like his poetry best when it abandons the rigorous self-control and self-assuredness of the master writer, when it drives itself to the edge.

What do you think the nostalgia of the poem you’ll be discussing reflects, and how does it reflect back on contemporary Maltese life – intellectual or otherwise?

Dun Karm constructs his ideal Malta on the idealisation of his childhood village life. He is writing about Malta the way he wants to see it. When he criticizes the behaviour of the the youth in his very unusual poem “Lil Malta. Tal-Lum u ta’ Għada,” what he is really comparing it to is the way he would like to see the Maltese behave, the patriarchal values he would like them to share.

Comments by Dr. Bernard Micallef, Head of the Department of Maltese

T S Eliot once said that there are without standards and traditional values we cannot identify our our innovation, but without our innovative voices tradition will have no voice or existence in the present and it wouldn’t be able to reveal our innovation. This interdependence between poetic memory and our reactions to it should be one of the aims of the Department of Maltese within the Faculty of Arts, that part of the University that explores how humanistic studies and art are constantly forming the human world.

Martin Heidegger once said that the process with which we preserve a literary work is as poetic as the creation itself of that work. This should be one of the fundamental principles that motives our teaching, our research and all literary events within the Department of Maltese.


Taħdita pubblika ta’ Adrian Grima

“Minn Kull Xorta ta’ Qżież.” Dun Karm u l-Konfini tal-Identità fil-Mument tal-Metafora

Fuq facebook

Nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ Diċembru 2011, fis-Sala Francis Ebejer (LT2) tal-Università ta’ Malta (wara l-Librerija), Dr Adrian Grima se jagħmel taħdita pubblika miftuħa għal kulħadd dwar Dun Karm bl-isem ta’ ” ‘Minn kull xorta ta’ qżież’. Il-konfini tal-identità u l-mument tal-metafora f’poeżija ta’ Dun Karm.” It-taħdita tibda fis-7pm u qed tiġi organizzata mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta u mill-Fondazzjoni Karmen Mikallef Buħaġar. Wara jkun hemm diskussjoni miftuħa għall-pubbliku preżenti.

Fis-sala se jkun hemm ukoll għall-bejgħ kotba, dokumentarji u materjal ieħor dwar Dun Karm li ħareġ din is-sena fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-mewt tiegħu.

kummenti ta’ Dr Frans Ciappara

Dr. Adrian Grima se jitkellem dwar poeżija mhux tas-soltu ta’ Dun Karm, “Lil Malta. Tal-Lum u ta’ Għada,” li fiha l-poeta jesprimi l-għadab tiegħu għal soċjetà Maltija li għalih kienet qiegħda tittradixxi l-kultura u l-identità tagħha.

Għall-analiżi ta’ din il-poeżija u poeżiji simili ta’ Dun Karm, Adrian Grima se jinqeda b’artikli u b’poeżija minn gazzetti Maltin tas-snin tletin, bħal Il Cotra, Il Ħmara u Malta Taghna; b’ritratti u stampi oħrajn u se jirreferi għal għadd ta’ testi u riżorsi li għall-ewwel jidhru mbegħdin ħafna minn xulxin, fosthom it-testi kritiċi fundamentali ta’ Oliver Friggieri dwar Dun Karm; il-kritika ħarxa kontra Manwel Dimech tal-Kan. Pawlu P. Galea fil-ktieb tiegħu tal-1912, Il Kerk ta’d-Demoniu micxuf f’Malta.

F’dan is-sens jiġi trattat ukoll ix-xogħol klassiku tal-antropologa Mary Douglas fuq Purity and Danger; kitbiet kanoniċi u testi psikanalitiċi dwar il-virginità u l-kastità, bħal The Banquet of the Ten Virgins, or Concerning Chastity tal-qaddis San Metodju tas-seklu 3; xogħlijiet akkademiċi fuq il-metafora ta’ Ricoeur, Cohen, Eco, Lakoff u Ning Yu; u l-kitbiet ta’ intellettwali Faxxisti ewlenin, Luigi M. Ugolini u Francesco Ercole, li kitbu dwar Malta fis-snin tletin tas-seklu għoxrin.

Mument mid-diskussjoni li fiha ħadu sehem, fost l-oħrajn. l-E.T. Dr Ugo Mifsud Bonnici, il-Prof. Arnold Cassola, Dr. Norbert Bugeja,

is-Sur Olvin Vella, Dr. Bernard Micallef, Maria Cutajar, Keith Azzopardi, il-Prof. Yosanne Vella, u r-Rev. Prof. Peter Serracino Inglott.


One thought

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s