Poeżija u reċensjoni fuq 2.mt

2.mt.jpgŻewġ xogħlijiet ta’ Adrian Grima għal tfal li jinsabu fit-tieni sena tas-sekondarja għadhom kemm ġew ippubblikati fil-ktieb 2.mt miktub minn Clare Azzopardi u ppubblikat mill-Merlin f’Mejju tal-2011.

Dan huwa t-tieni ktieb fis-sensiela .mt maħsub għall-istudenti tat-tieni sena tas-sekondarja. Kull taqsima titlaq dejjem minn storja jew rakkont, email, poeżija jew argument. It-temi jvarjaw bħalma jvarjaw il-ġeneri: ir-rakkont fil-preżent, id-deksrizzjoni ta’ persuna, il-kitba ta’ email u blogg, l-istorja umoristika, il-kitba ta’ aħbar u rapport, il-kitba argumentattiva u r-riċensjoni ta’ ktieb. Mit-test, joħorgu mistoqsijiet differenti li jqanqlu diskussjoni u riflessjoni. Testi different se jgħinu lill-istudenti fil-ħiliet tal-qari, tat-taħdit, tas-smigħ u tal-kitba. Imma kull taqsima tqajjem l-interess għal diskussjonijiet fil-klassi jew fid-dar, għall-għarfien kulturali li jmur lil hinn minn dak ta’ pajjiżna, kif ukoll għarfien grammatikali, sintattiku u ortografiku.

Il-poeżija ta’ Adrian Grima li tinsab f’dan il-ktieb jisimha “Cowboys” u tirrakkonta, mingħajr il-versi regolari assoċjati ħafna mal-poeżija għat-tfal, logħba Ħarba li spiċċat ħażin, jew tajjeb fil-fatt.

It-tieni kitba ta’ Adrian Grima hija riċensjoni, ispirata mill-istil tal-blogg, tar-rumanz magħruf ta’ Ġużè Galea, Raġel bil-Għaqal.

 


 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s