Kommemorazzjoni tan-Nakba

F’attività li fakkret il-75 anniversarju tan-Nakba tal-15 ta’ Mejju 1948, l-Ambaxxata tal-Palestina f’Malta laqqgħet għadd kbir ta’ Palestinjani, Maltin u diplomatiċi barranin biex titkellem fuq dak li seħħ fil-Palestina meta l-Palestinjani tkeċċew minn arthom u dak li għadu qed iseħħ illum.

Uħud mill-mistednin distinti waqt il-Kommemorazzjoni tan-Nakba organizzata mill-Ambaxxata tal-Palestina f’Malta

L-attività saret il-Ħamis 18 ta’ Mejju 2023 f’sala l-Kappara u fiha tkellmu għadd ta’ personalitajiet, fosthom l-Ambaxxatur Palestinjana Fadi Hanania, li fetaħ il-kommemorazzjoni u tkellem dwar dak li seħħ dakinhar li mijiet ta’ eluf ta’ Palestinjani tkeċċew minn arthom u mijiet ta’ eluf ta’ rħula nqerdu biex fuqhom jinbena dak li llum huwa l-istat tal-Iżrael.

L-Ambaxxatur Fadi Hanania mal-kantant li interpreta l-innijiet nazzjonali

Tkellem ukoll fuq il-qagħda tal-Palestinjani llum: għadd kbir li huma ċittadini Iżraeljani “tat-tieni jew tat-tielet klassi fl-Iżrael; oħrajn jgħixu fl-Artijiet Okkupati fix-Xatt tal-Punent tax-Xmara Ġordan, u oħrajn mifruxin mad-dinja kollha bħala refuġjati li fil-biċċa l-kbira tagħhom lanqas jistgħu jżuru arthom stess. Fil-każ tal-Medda ta’ Gaża, l-Ambaxxatur Hanania tkellem fuq iktar minn żewġ miljun ruħ maqfulin f’medda ta’ art kbira daqs Malta li minnha ma jistgħux joħorġu u li fuqha ftit li xejn għandhom kontroll għax l-Iżraeljani jikkontrollaw id-dħul u l-ħruġ ta’ kulħadd u ta’ kollox.

Waqt il-kommemorazzjoni tan-Nakba 18.5.23

Matul il-lejla qrajt silta mid-“djarju” li kont ktibt meta żort il-Palestina t-tieni darba fl-2017 u li fih nitkellem fuq parti mill-vjaġġ lura l-Palestina mill-Ġordan wara li żorna l-familja ta’ Walid Nabhan f’Amman. Ir-rakkont jitkellem il-mument meta, fuq in-naħa Iżraeljana tal-fruntiera bejn l-Iżrael u l-Ġordan, uffiċjal tas-sigurtà Iżraeljan għamel għal Rafel għax kien qed jieħu r-ritratti tal-għoljiet sbieħ fil-Wied tal-Ġordan. Ir-rakkont jagħti ħjiel żgħir tal-atmosfera ta’ tensjoni u theddid li jridu jgħixu fiha l-Palestinjani ta’ kuljum f’arthom ikkolonizzata minn stat li jiftaħar li hu demokratiku imma li jimponi l-ħakma tiegħu biss bil-forza u s-suppervja tal-armi.

Remembering the Nakba: 75 Years of Catastrophe

Statement by Moviment Graffitti on 15 May 2023

On this day 75 years ago, the Palestinian Nakba (Arabic for “catastrophe”) took place. This catastrophe refers to the continuous and violent expulsion of Palestinian natives from their homes during the establishment of the Israeli state. Within 2 years, over 750,000 Palestinians were forced out of their homes, with 15,000 being brutally killed by the Zionist forces.

Today, over 12 million Palestinians remain stateless and dispossessed, with 6 million of them living in refugee camps in the West Bank, the landlocked Gaza Strip and other refugee camps in neighbouring countries.

The Nakba remains a reality for the Palestinian people, with the UN acknowledging that 2022 was the deadliest year for Palestinians in the occupied territories since 2005. The 231 Palestinian deaths included 40 children as well as the Aljazeera journalist Shireen Abu Akleh, who was murdered by an Israeli sniper in cold blood.

Moviment Graffitti continues to stand in solidarity with the Palestinian people and advocate the right to return to their homeland.

Free Palestine 


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s