Qari mir-rumanz Il-Familja de Valereux ta’ Concetta Brincat

Il-Fondazzjoni HELA u Raħal il-Letteratura ħadmu fuq mixja letterarja fir-Rabat, Malta, li fiha waħda mill-waqfiet hija fl-Arkivji Nazzjonali. F’din il-waqfa, HELA talbuni biex ngħid kelmtejn fuq Concetta Brincat u naqra silta mir-rumanz tagħha Il-Familja de Valereux jew Louis Mitluf ġewwa l-Bosk (1919), ambjentat f’Pariġi fis-snin tar-Rivoluzzjoni Franċiża. Il-waqfa fl-Arkivji Nazzjonali ta’ Santu Spirtu hija t-tmien tappa f’din il-mixja letterarja.

Qari ta’ silta mir-rumanz Il-Familja de Valereux ta’ Concetta Brincat

Il-Mixja Letterarja ta’ Fondazzjoni HELA fir-Rabat, bil-Malti u bl-Ingliż, issa tinsab hawnhekk. Mal-mixja hemm mappa ddisinjata minn Rebecca Zammit. It-traduzzjonijiet tas-siltiet letterarji għall-Ingliż għamlithom Irene Mangion. L-awdjo tal-verżjoni bil-Malti jinsab hawnhekk. Jonqos biss li jsir ir-recording tal-mixja bl-Ingliż.

Fl-Arkivji Nazzjonali ta’ Santu Spirtu sibt il-vjaġġi ta’ Concetta Sciberras (miżżewġa Brincat) u tal-familja tagħha bejn Malta u l-Afrika ta’ Fuq. Dawk il-vjaġġi għenuni ħafna biex nifhem l-istorja personali tagħha u ta’ familtha. Il-manifesti tal-vapuri, jiġifieri d-dettalji ta’ kull vjaġġ li mess ma’ Malta, huma minnhom infushom ritratt ta’ parti importanti mill-istorja tagħna. 

Is-silta ħadtha minn Kap XXI, “Il-Ferut,” tal-ewwel taqsima tar-rumanz, li hu maqsum f’erba’ taqsimiet.

Dan ir-rumanz se jiġi ppubblikat mill-Klabb Kotba Maltin. Ħajr lil Carmen Baxter, qariba tal-awtriċi, lil Leanne Ellul, u lit-tim kollu ta’ HELA u Raħal il-Letteratura.


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s