Il-Letteratura Maltija u d-Dekolonizzazzjoni

Fis-sitt programm mit-tieni sensiela ta’ Isfar u Nnukklat fuq Campus FM, produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr Charles Xuereb, tkellimt dwar “Il-mixja tal-letteratura Maltija, inkluża l-poeżija, minn żmien kolonjali Brittaniku sal-lum u kif qed tiġi ‘esportata’ l-letteratura bil-Malti f’ilsna oħra.” Il-programm irrekordjajnieh lejn l-aħħar ta’ Frar 2023 u xxandar għall-ewwel darba l-Ġimgħa 12 ta’ Mejju, 2023 b’ripetizzjoni s-Sibt 13 u l-Ħadd 14 ta’ Mejju.

Waqt il-programm tkellimt dwar il-kwistjoni tal-kolonjaliżmu fil-letteratura Maltija u jekk nistgħux ngħaddu li għaddiet minn proċess ta’ dekolonizzazzjoni. Wieħed mill-argumenti tiegħi kien li qajla nistgħu ngħidu li l-awturi Maltin imxew fuq l-eżempju li ta Manwel Dimech bil-kitbiet antikolonjali tiegħi, speċjalment f’poeżija bla kompromessi bħal “Lit-Tarbija fil-Benniena.”

Ritratt meħud waqt il-festival New Literature Europe fi New York fl-2019

Lanqas wieħed mid-“dixxipli” tiegħu, Juann Mamo, ma mexa fuq l-eżempju tiegħu, u kien iqim lill-Ingliżi. Għalih kienu l-mudell li fuqu kellu jimxi l-poplu Malti biex jinqala’ mill-fanatiżmu politiku u reliġjuż li kien qed iżommu lura. Mamo ma rax lill-kolonjalisti Ingliżi bħala parti kbira mill-problema tan-nuqqas ta’ emanċipazzjoni tal-Maltin imma bħala s-soluzzjoni. F’għajnejh l-Ingliżi mhux biss kienu xjentifikament, kulturalment u soċjalment avvanzati, imma f’Malta offrew ukoll alternattiva konkreta għall-poter tal-klassi pprivileġġjata li riedet li l-biċċa l-kbira tal-Maltin jibqgħu jgħumu fl-ilma mdardar tal-injoranza u n-nuqqas ta’ edukazzjoni.

Waħda mill-ironiji l-kbar tal-istorja letterarja tagħna hi li l-awturi Maltin ftit li xejn kitbu dwar ċerti ġrajjiet importanti tal-istorja tagħhom marbutin mal-kolonjaliżmu, speċjalment dwar ir-rewwixta tas-Sette Giugno.


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s