Fl-20 ta’ Dicembru 2021 għamilt taħdita bl-isem ta’ “Ivan u Praskovja, bejn Nizhny Novgorod, Pariġi u Malta,” fl-MCAST, Raħal Ġdid, bħala parti minn sensiela ta’ taħditiet organizzati miċ-Ċentru għall-Iżvilupp Professjonali. Il-kelliema l-oħrajn kienu l-Prof. Yosanne Vella, li ffukat fuq l-emanċipazzjoni tan-nisa fix-xogħol ta’ Manwel Dimech, u Dr Victor Jacono, li mexxa musical dwar Manwel Dimech fil-ħabs l-antik u tkellem dwar din il-produzzjoni.
Għadd ta’ letturi attendew għal dan is-seminar fuq Manwel Dimech u ddiskutew il-viżjoni tiegħu tal-edukazzjoni.




Ħajr lil Dr Mario Cardona, Deputat Prinċipal inkarigat mill-Arti u x-Xjenzi Soċjali – VPET, u lis-Sur Reuben Mifsud, Deputat Direttur taċ-ċentru, tal-inizjattiva u l-istedina tagħhom.