Concetta Brincat f’Ilsienna

Fit-tieni ġimgħa ta’ Novembru 2020, deher servizz dwar l-awtriċi mhux magħrufa Concetta Brincat fil-programm nru 31 tas-sensiela Ilsienna fuq TVM. Din hija promozzjoni qasira ta’ dan il-programm li dehret fuq Facebook:

Concetta Brincat, imwielda Sciberras, kitbet żewġ rumanzi bil-Malti fl-1919 u l-1922. Minn dak li nafu, dawn huma l-eqdem żewġ rumanzi bil-Malti miktubin minn mara. Dawn iż-żewġ rumanzi storiċi, Il-Familja de Valereux jew Louis Mitluf Ġewwa l-Bosk, ambjentat fi żmien ir-Rivoluzzjoni Franċiża, u Is-Saħħara Nerelis, ambjentat fi żmien l-imperatur Ruman Neruni, qed inħejjuhom għall-pubblikazzjoni mill-Klabb Kotba Maltin.

Concetta Brincat mal-familja tagħha fl-ewwel snin tas-seklu 20. Ħajr lil Carmen Baxter tar-ritratt.

Sadattant jien qed nagħmel riċerka storika biex ikollna idea min kienet Concetta Brincat, li twieldet B’Kara fl-1870 u mietet Tas-Sliema fl-1940. Mhux faċli tibni l-istorja ta’ mara li bħal ħafna nisa oħra kienet ftit jew wisq inviżibbli fin-narrattiva nazzjonali u fl-istorja soċjali tagħna. Ħafna mit-tfulija u ż-żgħożija tagħha Concetta qattgħetha mal-familja tagħha fl-Alġerija u hawn ukoll diffiċli ssib traċċi tagħha. Imma fl-istess ħin din hija l-istorja ta’ ħafna familja fqar Maltin u Għawdxin li marru l-Afrika ta’ Fuq fi żmien il-kolonizzazzjoni Franċiża biex isibu x-xorti li ma sabux f’pajjiżna.

Wieħed mill-pitazzi li fuqu Concetta Brincat kitbet l-ewwel rumanz tagħha
Silta mill-manuskritt tal-ewwel rumanz ta’ Concetta Brincat
Wieħed mill-pitazzi li fuqu Concetta Brincat kitbet l-ewwel rumanz tagħha

Ħajr speċjali lil Nicholas Bonello, li kien ikkuntattjani u wrieni l-manuskritti ta’ Concetta Brincat, u lil bintu, Carmen Baxter, il-proneputija tagħha.



2 Thoughts

  1. Prosit Adrian. Dejjem sabiħa r-riċerka imma iżjed u iżjed meta ssib materjal fuq xi fatt bħal dan; awtriċi li ħadd ma kien jaf biha. Awguri għal iżjed xogħol.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s