Ir-riċerkatur Ġużi Gatt kien għaddieli għadd ta’ limerikki ta’ Dwardu Ellul li kienu dehru fil-gazzetta satirika Ix-Xewka fil-bidu tas-snin sebgħin għall-proġett tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università fuq It-Tradizzjoni Orali. Is-serata fuq il-limerikki kien mexxietha Rita Saliba u kienu ħadu sehem fiha numru ta’ nies, forsi Trevor Żahra, Vince Piccinino, Beverly Agius, u George Cassar.