Din hija l-verżjoni sħiħa tat-taħdita akkademika li ħejjejt għas-seminar (webinar) tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università u tal-Junior College dwar il-lingwa, il-lingwistika u l-letteratura fis-sillabu tal-Malti tal-livell Intermedju u Avvanzat li sar il-Ġimgħa u s-Sibt, 25 u 26 ta’ Settembru 2020. Fis-seminar ippreżentajt parti żgħira mill-istudju tiegħi, diskors ta’ 20 min biss. Għalhekk hawnhekk qed nippreżenta l-istudju sħiħ.
L-istudju sħiħ, li jinkludu partijiet sħaħ li tħallew barra mid-diskors t’hawnhekk u r-referenzi akkademiċi, jinsab fil-ħarġa XCII tar-rivista Il-Malti tal-Akkademja tal-Malti.
It-taħdita hija mqassma hekk:
- L-argument
- Gradi ta’ ndħil
- Leħen narrattiv diskret
- Fokalizzaturi differenti, narratur wieħed
- Konklużjoni: Struttura narrattiva u ideoloġija