Ħelsien u n-Narratur Li Dejjem Jindaħal

A screenshot of a cell phone

Description automatically generated
Il-Ġimgħa  25 ta’ Settembru, 4.00pm – 7.00pm | Lingwa u Lingwistika
3.45pmNinġabru
4.00pmFtuħ tas-seminar minn Clare Azzopardi u Dr Michael Spagnol
Il-lingwa u l-lingwistika: Imexxi Joe Borg
4.10pmDavid Agius Muscat, It-taħdit, il-qari u l-kitba fit-taqsima tal-lingwa
4.30pmDiskussjoni dwar il-lingwa fiż-żewġ sillabi
4.45pmDr George Farrugia, Ma’ min rajtek xebbahtek, kif smajtek għaraftek
5.05pmProf. Albert Borg u Prof. Manwel Mifsud, Il-Malti: Mużajk Lingwistiku
5.25pmDiskussjoni dwar il-fenomenu tal-lingwa u l-iżvilupp tal-Malti
5.40pmDr Michael Spagnol, Xi jfisser it-tifsir?
6.00pmDwayne Ellul, Is-semantika fid-dizzjunarji u t-teżawri
6.20pmDiskussjoni fuq is-Semantika
6.35pmGħeluq tal-ewwel jum tas-seminar 

Is-Sibt 26 ta’ Settembru, 10.00am – 1.00pm | Letteratura

Il-poeżija u Ħelsien: Imexxi Patrick Sammut
9.45amNibdew ninġabru
10.00amIntroduzzjoni: Clare Azzopardi u Adrian Grima
10.05amDavid Aloisio, Friggieri l-Influencer
10.25amDr Immanuel Mifsud, Mara li Tħobb
10.45amDiskussjoni fuq il-poeżija ta’ Oliver Friggieri u Simone Galea
11.00amJoseph Vella, Ħelsien, l-Istudenti, u t-tqandil ta’ tratt blat
11.20amProf. Adrian Grima, Ħelsien u n-Narratur Li Dejjem Jindaħal
11.40amDiskussjoni fuq Ħelsien
In-novelli u d-dramm: Tmexxi Clare Azzopardi
11.55amLeanne Ellul, Il-lingwa tal-letteratura: riflessjonijiet fuq Xemgħat
12.15pmDr Marco Galea, Karnival u Randan, Ġdid u Qadim, Tajjeb u Ħażin
12.35pmDiskussjoni fuq in-novelli u d-dramm: Tmexxi Clare Azzopardi
12.50pmKummenti tal-aħħar:  Clare Azzopardi u Adrian Grima
13.00pmGħeluq

Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru 2020 bejn l-4.00pm u s-7.00pm u s-Sibt 26 bejn il-10.00am u s-1.00pm se jsir seminar għal-letturi u l-għalliema tal-Malti biex jiddiskutu l-lingwa, il-lingwistika u l-letteratura fis-sillabi l-ġodda tal-Intermedju u l-Avvanzat.

L-isem tas-seminar, “Mal-kliem li jaqa’,” ittieħed mill-poeżija ta’ Simone Galea, “Jekk tħobbni, niktiblek poeżija,” li tinsab fil-ġabra tagħha, Xi Drabi Mqar Persuna (KKM, 2011). Din hija waħda mill-poeżiji li hemm fis-sillabu l-ġdid tal-Avvanzat tal-Malti maħruġ mill-MATSEC.

Waqt is-seminar se jsiru preżentazzjonijiet minn David Agius Muscat (l-oral u t-taħriġ il-fehem), David Aloisio (il-poeżija ta’ Oliver Friggieri), il-Prof. Albert Borg u l-Prof. Manwel Mifsud (il-komponenti kostitwenti tal-Malti), Dr Michael Spagnol u Dwayne Ellul (is-semantika), Leanne Ellul (in-novelli ta’ Trevor Żahra), Dr George Farrugia (il-lingwa ġenerali), Dr Marco Galea (Karnival), Joseph Vella u l-Prof. Adrian Grima (Ħelsien), u Dr Immanuel Mifsud (il-poeżija ta’ Simone Galea). Id-diskussjonijiet se jitmexxew minn Clare Azzopardi, Joseph Borg u Patrick Sammut.

Is-seminar huwa maħsub għal dawk kollha li jgħallmu l-Malti fil-livell postsekondarju iżda huwa miftuħ għal dawk kollha li jixtiequ jattendu. Dawk li jixtiequ jattendu għandhom jiktbu lil adrian.grima@um.edu.mt jew clare.azzopardi@um.edu.mt.

Koordinaturi: Is-Sa Clare Azzopardi u l-Prof. Adrian Grima


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s