Għadni kemm skoprejt, b’kumbinazzjoni, dan l-addattament tal-poeżija “Il-Piena” minn Skizzi għas-Sette Giugno, b’mużika ta’ Dominic Galea u l-grupp tiegħu. L-addattament sar minn Ru&man mill-Gżejjer Canarias, Spanja li jiddeskrivi lilu nnifsu bħala “Dj, Productor Canario adicto y amante de la música, y creador de sensaciones… música con sentimiento…”
Lil Dominic għoġbitu din il-verżjoni u qbilna li nxerrduha.