Palk Ħieles | Offbeat Music Bar | 28 ta’ Frar

Ritratti ta’ Katelia Art (Katel Delia)

28516138_958300804319324_6190829274859680758_o.jpg

28377853_958301847652553_8261328702506199321_n28378349_958300960985975_6109314205885857254_n

Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Frar 2018 se naqra waqt il-Palk Ħieles organizzat minn Inizjamed li se jsir fl-Offbeat Music Bar ta’ Triq il-Merkanti l-Belt.

Se nagħmel tmien poeżiji, ħamsa mill-ktieb Klin u Kapriċċi Oħra (KKM) u tlieta ġodda.

 

Kuntent ħafna li f’ħamsa minn dawn il-poeżiji se nkun akkumpanjat mill-pjanist jazz Joe Debono.

Jiġifieri se naqta’ tliet xewqat f’lejla waħda: nieħu sehem fil-Palk Ħieles, naqra fl-ispazju intimu tal-Offbeat u naħdem ma’ Joe Debono.

Qabel u wara l-qari tiegħi ma’ Joe, se nkun hemm ħafna kittieba stabbiliti u ġodda jaqraw. Għandha tkun lejla oħra sabiħa tal-Palk Ħieles. Ħajr speċjali lil Jean Paul u Leanne.

 

28337742_958301284319276_5206214400187968998_o28515261_958300667652671_3680909088436501442_o


 

openmic-poster-fb-square.jpg

Nhar l-Erbgħa, 28 ta’ Frar, Inizjamed se torganizza t-tnejn u għoxrin Palk Ħieles tagħha. Stennejna sal-aħħar tax-xahar, imma mill-appuntament tagħna magħkom ma nqasniex. Inħossuh kemm dover u kemm pjaċir li ntellgħu dan l-avveniment kull xahar. Se nkunu f’post li m’ilux wisq li fetaħ il-bibien tiegħu imma li nħossu li huwa perfett għal okkażjoni bħal din, l-Offbeat Music Bar, ta’ Triq il-Merkanti, il-belt Valletta.

F’post daqstant intimu se jkollna poeta speċjali. Poeta li xi darba kien qal li l-imħabba bħal murtal u waqt li ma nafux jekk kliemu jifqax is-sema bħall-murtali nafu fiċ-ċert li se jkun kapaċi jżewwaq kull rokna tal-Offbeat, jimlielna widnejna u qalbna. Adrian Grima huwa wkoll il-persuna li bil-ħila tagħha teżisti Inizjamed, il-Festival Mediterranju tal-Letteratura u l-entużjażmu għall-kitba Maltija, li bis-saħħa tiegħu ttraxxendiet il-limiti li l-baħar u ċ-ċokon ta’ din il-gżira joħolqu.

Adrian Grima se jaqra għal nofs is-serata. Imma Adrian ma jridx ikun waħdu, u fl-ispirtu tal-Palk Ħieles inti mistieden jew mistiedna sabiex teħles lil dak li ilu jinġema’ ġo fik u taħbih f’xi pitazz, fuq xi dokument fuq xi skrin jew minn jaf fejn. Tista’ taqra xi poeżija, storja, tirreċta, tkanta, jew kull ħaġa oħra li inti tħoss hija artistika u li skontok ta’ quddiem in-nies. Kull djalett, kull lingwa, kull stil, huwa mhux biss aċċettat imma milqugħ b’idejna t-tnejn.

 


28514953_958301144319290_3262078870555073980_o.jpg

On Wednesday, 28th February, Inizjamed will be organising its twenty-second Open Mic. We kept our monthly appointment even though we were not helped by February being shorter than the other eleven. For us it’s both a duty and a pleasure to defy the shortness of this month. We will be in a place that has only opened its doors recently but we are sure will be perfect for this occasion – Offbeat at Merchants Street, Valletta.

In such an intimate place, we will also have a special poet, a poet who once in Maltese declared that love is like a firework, and while we are unsure if his words ever made it to the sky like Maltese fireworks do, we are positive that his words will fill every corner of Offbeat, our ears and hearts. Adrian Grima is also the reason Inizjamed and the Mediterranean Literature Festival exist and we are feeling such an enthusiasm towards Maltese literature, and why Maltese literature has transcended many frontiers and is now available in many languages.

Adrian Grima will be reading halfway through the evening. However Adrian does not want to be alone. Before or after him, you are free to liberate from yourself everything that has been simmering in your own self, your own notebook, or your own white screen. You can read a poem, a story, do any kind of stand-up, sing an original song, or anything else you deem fit to express yourself. Any dialect any language, is more than welcome. The more diverse we are, the better.

 


 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s