Nhar l-Erbgħa 31 ta’ Jannar 2018, Dr Adrian Grima tkellem dwar id-Diploma fil-Letteratura Maltija fil-programm TVAM ta’ Antonella Vassallo fuq TVM, l-istazzjon nazzjonali. Adrian Grima tkellem fuq min jista’ jidħol għal dan il-kors ta’ sentejn, x’suġġetti jintgħallmu, x’inhuma l-iskopijiet tad-Diploma, min huma l-letturi, u kif issir l-applikazzjoni.
TVAM huwa programm ta’ filgħodu kmieni li joffri għadd ta’ servizzi u stejjer għad-divertiment tal-udjenza. Jinkludi aħbarijiet lokali u barranin, u jżomm it-telespettaturi aġġornati bl-aħħar avvenimenti u suġġetti minn madwar id-dinja. Jingħataw importanza stili ta’ ħajja differenti, arti, kultura, u divertiment, fi programm li huwa informattiv, mexxej u li dejjem jibqa’ jżommok interessat. Kuljum mis-7:00am sad-8:45 fuq TVM.