Il-verżjoni oriġinali bil-Malti tal-poeżija tiegħi “Sebgħin Sena Tbenġil,” u t-traduzzjoni ta’ Walid Nabhan għall-Għarbi għadhom kemm dehru fl-antoloġija tal-Festival Internazzjonali tal-Poeżija ta’ Tanta fl-Eġittu.
L-editur tal-antoloġija huwa l-poeta Mahmud Sharaf li huwa d-direttur ta’ dan il-festival.