Walid Nabhan u L-Eżodu taċ-Ċikonji

walid-nabhan-palestina-marzu2017.jpg
L-awtur Malti-Palestinjan Walid Nabhan f’Marzu 2017 quddiem il-bini fejn kien jaħdem Mahmoud Darwish f’Ramallaħ, il-Palestina. Il-kitba fir-ritratt hija ta’ Darwish stess. (Ritratt meħud minn Adrian Grima)

Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Mejju 2017, fis-7.00pm f’Dar l-Ewropa, il-Belt Valletta, Walid Nabhan se jkun il-mistieden speċjali waqt lejla li se ssir ftit jiem wara li jingħata l-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura.

Se jinqraw żewġ siltiet mir-rumanz rebbieħ, L-Eżodu taċ-Ċikonji (Klabb Kotba Maltin) u l-awtur se jiġi intervistat minn Adrian Grima. Se jkun hemm interventi minn Dr Marco Galea, li mexxa l-ġurija maħtura mill-Akkademja tal-Malti, mis-Sur Mark Vella, f’isem ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, u mis-Sur Joseph Mizzi, direttur tal-Klabb Kotba Maltin, pubblikatur tal-kotba kollha ta’ Walid Nabhan. Wara l-interventi,l-intervista u l-qari jkun hemm bibita fuq il-bejt tal-bini tar-Rappreżentanza.

Matul il-lejla, Walid Nabhan se jiffirma kopji tar-rumanz rebbieħ, L-Eżodu taċ-Ċikonji.

Din il-lejla qed tiġi organizzata minn Inizjamed, l-Akkademja tal-Malti u r-Rappreżentanza f’Malta tal-Kummissjoni Ewropea.

Kulħadd mistieden. Dħul b’xejn.

Jekk jogħġobkom, dawk kollha li se jattendu jridu jġibu magħhom il-karta tal-identità.


 

all2017

https://akkademjatalmalti.org/…/walid-nabhan-jirbah-il-pre…/

Walid Nabhan Jirbaħ il-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura għall-2017
Posted on 21/04/2017 by L-Akkademja tal-Malti

akkademja-logo-2013.jpgIl-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura għall-2017 għadu kemm tħabbar. Dan huwa premju prestiġjuż li kull sena jingħata lil tnax-il kittieb jew kittieba mill-Ewropa b’rikonoxximent tal-produzzjoni letterarja tagħhom fl-aħħar ftit snin. Bħalma jiġri darba kull tliet snin din is-sena kien imiss lil Malta tagħżel wieħed mir-rebbieħa minn fost il-kittieba Maltin. L-għażla waqgħet fuq l-awtur Walid Nabhan, kittieb li twieled il-Ġordan f’familja ta’ refuġjati Palestinjani u li ilu ħafna snin jgħix Malta, tant li kiseb iċ-ċittadinanza Maltija. Nabhan jikteb bil-Malti u ppubblika żewġ ġabriet ta’ novelli, ktieb ta’ poeżiji u r-rumanz L-Eżodu taċ-Ċikonji (ippubblikat minn Klabb Kotba Maltin fl-2013) li għalih ingħata dan il-premju. Walid Nabhan qaleb ukoll diversi xogħlijiet letterarji kontemporanji Maltin għall-Għarbi.

L-Eżodu taċ-Ċikonji huwa rumanz dwar raġel Palestinjan imwieled f’kamp tar-refuġjati fil-Ġordan li sab ruħu jgħix Malta. In-narratur jinseġ ir-rakkont tiegħu madwar l-esperjenzi tiegħu ta’ barrani f’Malta u ta’ refuġjat f’komunità kbira ta’ Palestinjani fil-Ġordan, imma jdaħħal ukoll l-istorja tal-familja tiegħu fil-perjodu meta kienet għadha tgħix fil-Palestina. Huwa rakkont li jenfasizza r-relazzjonijiet bejn il-bnedmin f’sitwazzjonijiet diffiċli, imma huwa wkoll rakkont politiku għaliex kulma jseħħ fir-rumanz iseħħ għax xi darba xi ħadd bil-poter f’idu ħa deċiżjoni politika, u għaliex deċiżjonijiet politiċi żbaljati li jaffettwaw il-ħajjiet tan-nies għadhom isiru kuljum, fuq kull livell. Waqt li jikteb rumanz serju u impenjattiv, Nabhan iżewwaq in-narrattiva tiegħu b’mumenti liriċi mill-isbaħ u jirnexxilu jsib l-umoriżmu anki fis-sitwazzjonijiet l-aktar imwiegħra.

F’Malta, dan il-premju huwa rrappreżentat mill-Akkademja tal-Malti li hija membru tal-Kunsill Ewropew tal-Kittieba (EWC). L-Akkademja taħtar ġurija indipendenti kull tliet snin sabiex tagħżel ir-rebbieħ minn Malta. Din is-sena l-ġurija kienet magħmula minn Prof. Stella Borg-Barthet, Dr Stephen Bonanno, ir-Rev. Norbert Ellul Vincenti, Dr Marco Galea (President) u Dr Adrian Grima. Il-konsorzju li jorganizza l-premju fuq livell Ewropew, minbarra l-EWC, huwa magħmul mill-Federazzjoni Ewropea u Internazzjonali tal-Bejjiegħa tal-Kotba (EIBF) u mill-Federazzjoni tal-Pubblikaturi Ewropej (FEP). Il-kittieba rebbieħa jingħataw premju ta’ €5000 u jkollhom diversi opportunitajiet biex iressqu x-xogħol tagħhom quddiem qarrejja Ewropej. Il-premju huwa ffinanzjat mill-Programm Ewropa Kreattiva.

Iż-żewġ rebbieħa preċedenti Maltin kienu Immanuel Mifsud (2011) u Pierre J. Mejlak (2014).

 


 

eupl_rvb_large

On the evening of 23 May, our 12 winning authors will be presented with their awards at the Concert Noble here in Brussels!

The Award Ceremony will take place in the company of Commissioner Tibor Navracsics, Members of the European Parliament, a high-level representative of the Maltese Presidency, as well as public figures from the fields of culture, literature and politics.

If you fancy joining us, please send us an e-mail at info@euprizeliterature.eu – deadline for registration is Friday 19 May at noon.

 


 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s