Il-lirika elettronika ta’ Plato’s Dream Machine

ritratt ta' stephen farrugia
Ritratt ta’ Stephen Farrugia

Plato’s Dream Machine nidew l-album il-ġdid tagħhom “Ġuf” ilbieraħ f’teatru tal-Valletta Campus differenti minn dak li fih nidew l-album “Għera” fl-2014. Imma l-esperjenza kollha ta’ dan l-album hija differenti.

F’dawn l-aħħar sentejn kienu perjodu intensiv ta’ tiftix ta’ ħsejjes u ritmi ġodda li naħseb li hemm ħjiel tagħhom f’parti mill-ewwel album “Għera.”

Imma m’hemmx iktar il-kitarra prominenti ta’ Robert (li nammetti li kultant nimmissjaha ftit). U l-fil tal-lirika huwa iktar spiritwali. Il-lirika l-ġdida, bl-allużjonijiet bibliċi u l-intensità emozzjonali ta’ ċerti versi turi li l-perjodu ta’ tħejjija għal “Ġuf” kien żmien ta’ trasformazzjoni personali għal Robert Farrugia Flores. Robert jgħidli li l-mużika dejjem tinkiteb l-ewwel u l-kliem jiġi wara: naħseb li dan mhuwiex żwieġ prevedibbli lanqas.

pdmm.png

F'”Ġuf” hemm iktar spazju għall-ħsejjes elettroniċi ta’ Daniel Sant (li ma nafx għaliex dejjem ifakkarni fil-prominenza ta’ Rick Wakeman wara tilari mtarrġin ta’ tastieri); hemm iktar spazju għar-ritmi tal-bass ta’ Samwel, li kultant donnu jieħu post il-kitarra, imma b’effett iktar sottili u profond fl-istess ħin; u f’ċerti mumenti hemm iktar spazju għall-melodiji msaħħrin ta’ Francesco, li dejjem inkun nixtieq nisma’ iżjed minnhom.

Ilbieraħ kien hemm mumenti memorabbli għalija meta l-ħoss ta’ Mark fuq id-drums fakkarni fl-enerġija tal-ewwel album; imma anki fir-ritmi ta’ Mark naħseb li kien hemm trasformazzjoni. Mingħand Mark ukoll dejjem inkun nixtieq nisma’ iżjed. (Fil-fatt, f’żewġ sentenzi, semmejtu tliet darbiet.)

Stennew kollox minn dan l-album, imma mhux dak li smajtu diġà.

guf.jpg

 


 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s