Tliet rounds

17434633_10154326418177233_2473587461390640989_o.jpg
April 2 at 9:13pm · Amman, Jordan

Fl-ewwel round, Walid Nabhan jixli lil Karl Schembri li seraqlu pajjiżu, il-Ġordan, u Karl Schembri jixli lil Walid Nabhan li seraqlu pajjiżu, Malta. Kollox jindika li r-round spiċċawh b’punti ndaqs.

Imbagħad, fit-tieni round, imqanqal daqs l-ewwel wieħed, jekk mhux iżjed, Karl jipprova jispjega lil Walid minn fejn jaqbad taxi fil-qalba tal-belt antika ta’ Amman, u Walid jgħidlu li hu twieled u trabba Amman qabel ma wasal Karl, u jaf it-toroq u l-isqaqien u s-swali taċ-ċinema, u minn fejn jgħaddu t-taxis elf darba iżjed minnu.

Dan mument kruċjali: Karl jibqa’ kalm, u jerġa’ jgħid lil Walid fejn għandu jmur biex isib taxi malajr (għax l-aħħar darba li Walid qabad taxi f’Amman kienet 27 sena ilu). Imma Walid lanqas qed jisimgħu.

Kif jidher minn dan ir-ritratt, it-tensjoni bejniethom hija kbira u ħadd minnhom ma jrid iċedi mqar pulzier minn din il-belt qadima.

Fit-tielet round, dak deċiżiv, tidħol il-Palestina. Bħal dejjem. Walid għandu l-familja minn Hebron. Kellhom jaħarbu meta seħħet in-nakba, il-katastrofi, tal-1948 u nħoloq l-istat tal-Iżrael. Għalhekk Walid twieled qalb ir-refuġjati f’Amman. Issa għandu l-Palestina tiegħu fil-poeżiji, fin-novelli u fir-rumanz. Biċċiet ‘l hawn u ‘l hemm. Karl għandu l-Palestina kollha fuq sidru.


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s