Ritratti meħudin minn Giola Cassar waqt it-tnedija ta’ Mhux Nies ta’ Jean Paul Borg nhar il-Ħamis, 3 ta’ Novembru, f’Ta’ Martin Billiard Hall, 84/85, Triq il-Kungress Ewkaristiku, il-Mosta.
Jean Paul talabni biex waqt it-tnedija naqra n-novella, “Il-Ħajt.” Priscilla Cassar ippreżentat, Walid Nabhan għamel kumment fuq il-ktieb u qara novella, u Mark Abela, iz-Zizza, għamel intervent mużikali. Fl-aħħar Jean Paul Borg qara waħda min-novelli mill-ktieb.