“Aċitilena” fi Spazju Kreattiv

14800072_10154461044216223_793284643_o-1
Il-wiri ta’ “Aċitilena” waqt il-wirja “RootsRoutes” fi Spazju Kreattiv. Ritratt meħud minn Leanne Ellul (19.10.16)

 

Fl-okkażjoni taż-żjara tad-delegati tal-IFACCA u l-Anna Lindh Foundation, Spazju Kreattiv ingħaqad ma’ Inizjamed biex itella’ roots/routes, sensiela ta’ films lokali u barranin.

Fost il-films li se jintwerew hemm films tal-poeżija lokali, dokumentarji u produzzjonijiet barranin bħal BABAI, L’Avenir (Things to come) u Almost Holy. Uħud minn dawn il-films se jkunu aċċessibbli wkoll għall-pubbliku.

Fi Spazju B se jintwerew għadd ta’ films qosra tal-poeżija, fosthom films li saru taħt il-kappa “Poetry on Film” (proġett ta’ Fondazzjoni Valletta 2018 u Inizjamed) u poeżiji marbuta mal-proġett “Potatoes go Wild” li nħadmu f’Leeuwarden.

Fl-20 ta’ Ottubru se  jintwera l-film “La Luz del Mar” (“The Light of the Sea”) dwar il-poeta għami Friżlandiż Tsjêbbe Hettinga. Wara li jintwera dan id-dokumentarju poetiku tad-direttur Pieter Verhoeff issegwi diskussjoni ma’ poeti lokali u l-mistiedna minn Leeuwarden, Froukje de Jong u Rudi Wester.

Il-films l-oħrajn huma

“Eleġija” ta’ Ken Scicluna mnebbaħ mill-poeżiji “Dedika” u “Eleġija” ta’ Doreen Micallef;

L.O.M.L.” ta’ Gilbert Calleja u Matthew Attard imnebbaħ mill-poeżija “Tibqa’ Int” ta’ Raymond Mahoney;

il-film tal-poeżija “Aċitilena” ta’ Adrian Grima b’direzzjoni ta’ Luke Borg ta’ Fade In Media; 

il-film poetiku ta’ Heleen Haijtema jippreżenta l-poeżija “De klei wacht”, film li huwa parti mill-proġett “Potatoes go Wild” ta’ Leeuwarden 2018; 

il-film poetiku ta’ Elmar Kuiper li jippreżenta l-poeżija “Ierappel Bossa Nova” (“Potato Bossa Nove”) ta’ Arjen Hut (parti mill-proġett “Potatoes go Wild” ta’ Leeuwarden 2018);

il-film poetiku “op ‘e knibbels” ta’ Piter Hettinga li jippreżenta l-poeżija ta’ Wilco Berga (parti mill-proġett “Potatoes go Wild” ta’ Leeuwarden 2018);

il-film poetiku ta’ Sytse Jansma bl-isem “Potatoheads” li jippreżenta l-poeżija “goe rie” (A Piece of Good Advice”) ta’ Bartle Laverman (parti mill-proġett “Potatoes go Wild” ta’ Leeuwarden 2018);

u l-film tal-poeżija A Man Dies in Me (2015) ta’ Yasmin Fedda li jippreżenta l-poeżija ta’ Zhawen Shally, tradotta minn Vicki Feaver, produzzjoni ta’ Highlight Arts.

Dawn l-avvenimenti qed jittellgħu minn Spazju Kreattiv u Inizjamed bl-appoġġ ta’ Fondazzjoni Valletta 2018 u Leeuwarden 2018.

Ħajr lil Leanne Ellul ta’ Inizjamed għall-informazzjoni dettaljata.

 


 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s