Waqt il-filming ta’ video dwar it-tagħlim tal-lingwa u l-letteratura Maltija fl-INALCO, università ewlenija tal-lingwi u l-kulturi orjentali f’Pariġi. Mal-Professur Mourad Yelles; Jordan Perriot, student tal-Malti tat-tielet sena; u t-tekniku Paul Hervouet tal-INALCO. Il-filmat se jkun fih introduzzjoni bil-Franċiż tal-Prof. Yelles, kumment bil-Malti ta’ Jordan, u kummenti tiegħi bil-Malti u bil-Franċiż dwar il-kors “Initiation au Maltais”.
Ħajr lill-Prof. Jihane Madouni tal-INALCO, lid-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malti, u lill-programm Erasmus + tal-Unjoni Ewropea. (ritratti meħudin minn Adrian Grima).
Ħajr speċjali lill-Prof. Manwel Mifsud għall-għajnuna fit-tħejjija ta’ partijiet mill-kors.