Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2015

Kumment ta’ Adrian Grima lil Omar Seguna ta’ It-Torċa dwar l-edizzjoni tal-2015 tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta

Din is-sena ġew il-Festival mat-800 ruħ, żieda sostanzjali fuq is-sena l-oħra. Kull sena qed ikollna dejjem iżjed nies, iżda dis-sena kien hemm qabża ikbar. Minn dak li qed jgħidulna n-nies, jidher li hemm tliet raġunijiet għal dan is-suċċess: il-fatt li sar, għall-ewwel darba, fil-pjazza ewlenija tal-Forti Sant’Iermu, spazju majestuż iżda li fl-istess ħin jilqgħek; l-awturi li ħadu sehem, li fosthom, għal min huwa midħla tax-xena letterarja internazzjonali, kien hemm ismijiet kbar u magħrufin sew; u l-promozzjoni li għamilna fil-gazzetti u t-televiżjoni ftit jiem qabel ma beda l-festival u fuq l-internet.
Dis-sena, għall-ewwel darba wkoll, fl-għaxart ijiem ta’ qabel il-festival, fuq l-internet bdejna ntellgħu żewġ filmati kuljum ta’ siltiet ta’ qari mill-festivals li saru fis-snin li għaddew. Bdejna għaxart ijiem qabel għax din kienet l-għaxar edizzjoni tal-festival.
Hemm fatturi oħrajn li jiġbdu lin-nies lejn il-festival, fosthom il-fatt li hemm għadd kbir ta’ żgħażagħ involuti bħala voluntiera fl-organizzazzjoni tiegħu. Dawn iġibu magħhom kreattività u enerġija. Iżda l-udjenza hija mħallta: żgħażagħ, kbar, anzjani, Maltin, barranin. Hemm spazju għal kulħadd, għal kull min iħobb il-letteratura, hu min hu.
Fil-festival nippuntaw dejjem fuq il-letteratura l-ġdida ta’ kwalità, u minkejja li jkun hemm affarijiet oħrajn, fosthom il-“films tal-poeżija,” ma nagħmlux kompromessi maċ-ċentralità tal-letteratura, mal-kelma mitkellma quddiem udjenza attenta. In-nies draw il-festival: ħafna nies issa jafu bih, u jafu x’joffri. Imma jafu wkoll li kull sena jkun hemm elementi ġodda. Qisu ktieb. Kull sena għandek ktieb, imma kull ktieb huwa differenti, u esperjenza dejjem ġdida.
Artiklu ta' Omar Seguna dwar il-Festival li deher il-Ħadd 6 ta' Settembru f'It=Torċa, b'kummenti ta' wħud mill-protagonisti
Artiklu ta’ Omar Seguna dwar il-Festival li deher il-Ħadd 6 ta’ Settembru f’It=Torċa, b’kummenti ta’ wħud mill-protagonisti

Il-bini tal-palk
Il-bini tal-palk

It-taħdita ta' Moez Majed fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti, fl-Università
It-taħdita ta’ Moez Majed fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti, fl-Università

Ma' Hisham Matar waqt il-provi. Ritratt meħud minn Virginia Monteforte
Ma’ Hisham Matar waqt il-provi. Ritratt meħud minn Virginia Monteforte

Waqt il-provi. Ritratt meħud minn Virginia Monteforte
Waqt il-provi. Ritratt meħud minn Virginia Monteforte

Waqt il-lejla tal-Ġimgħa
Waqt il-lejla tal-Ġimgħa

Ma' Dorianne u Katya, tnejn mill-voluntiera tal-Għaqda tal-Malti
Ma’ Dorianne u Katya, tnejn mill-voluntiera tal-Għaqda tal-Malti

Mal-awturi u t-tim ta' Inizjamed li jorganizza l-festival
Mal-awturi u t-tim ta’ Inizjamed li jorganizza l-festival

DSC_4143
Mal-voluntiera tal-Għaqda tal-Malti – Università


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s