It-Tnedija ta’ Klin u Kapriċċi Oħra fit-30 ta’ Settembru 2015

GRIMA 06

Biljetti b’xejn minn hawn: http://www.kreattivita.org/event/tnedija-ta-ktieb-klin-u-kapricci-ohra/

It-tnedija tal-ktieb tal-poeżiji l-ġdid ta’ Adrian Grima, Klin u Kapriċċi Oħra, pubblikazzjoni tal-Klabb Kotba Maltin, se ssir l-Erbgħa, 30 ta’ Settembru, fit-8.00pm, fit-teatru tal-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt Valletta, bħala parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv. It-tnedija hija miftuħa għal kulħadd u d-dħul huwa b’xejn. Il-biljetti (mingħajr ħlas) jistgħu jinkisbu minn hawn jew permezz tat-telefon fuq in-numru 2122 3200. Jekk ikun fadal postijiet, il-biljetti jinkisbu wkoll dakinhar tat-tnedija mir-reception tal-Kavallier ta’ San Ġakbu.

Matul il-lejla, Adrian Grima se jaqra għażla mill-poeżiji tal-ġabra l-ġdida tiegħu, it-tielet waħda wara Rakkmu (2006).

Il-poeta se jkun akkumpanjat mill-grupp Plato’s Dream Machine, li kien stieden lil Adrian Grima biex jieħu sehem fit-tnedija tal-album Għera f’April tal-2014 u li ntlaqa’ tajjeb ħafna mill-kritika.

DSC_3222
Norbert Bugeja waqt il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2015 (ritratt ta’ Virginia Monteforte )

Filwaqt li tagħti prominenza lill-kelma, li wara kollox hija l-protagonista tal-poeżija, din it-tnedija ser tesplora l-possibilitajiet li toffri l-kelma bħala ħoss, u speċjalment bħala ritmu. Il-qari se jinqeda b’mużika miktuba għal tal-apposta għat-tnedija, u fl-istess waqt se jara x’kapaċi toffri l-poeżija lir-rock progressiv tal-Plato’s Dream Machine.

Waqt it-tnedija ser ikun hemm kumment kritiku ta’ Dr Norbert Bugeja, poeta u akkademiku li jispeċjalizza fil-qari kritiku tal-letteratura.

Din it-tielet ġabra ta’ poeżiji se tkun l-ewwel ktieb ta’ Adrian Grima waħdu wara l-pubblikazzjoni ta’It-Trumbettier fl-1999 u Rakkmu fl-2006. Fih Adrian Grima daħħal biss dawk il-poeżiji li jħoss li jirriflettu r-relazzjoni li għandu mal-kelma u mal-poeżija llum.

Fil-ktieb hemm xi poeżiji minn La coda della freccia/Denb il-Vleġġa (2011), Ici arrivent les mouettes/Hawn Jidħol il-Gawwi (2012), u Deciphered Lips/Xufftejk Spjegati (2013). Iżda Klin u Kapriċċi Oħra fih għadd ta’ poeżiji ġodda, fosthom il-poeżija “Draughts,” imnebbħa miz-ziju t’omm il-poeta mwieled Lixandra;”L-Iljun,” imnebbħa minn Chris Mizzi tal-Moviment Graffitti, u bosta poeżiji dwar l-ikel, u l-imħabba.

Fl-2014 Plato’s Dream Machine kienu talbu lil Adrian Grima biex jieħu sehem fit-tnedija tal-album tagħhom “Għera” f’April ta’ dik is-sena u issa se jkunu miegħu huma għat-tnedija tal-ktieb tiegħu. Ir-rappreżentazzjoni ta’ bejniethom se tkun frott ta’ diskussjonijiet u provi mnebbħin mill-poeżiji. Il-mużika u ħsejjes oħrajn se jintervjenu biex jaċċentwaw id-dimensjoni tal-ħoss, il-melodija u r-ritmu. It-tekniku tal-ħoss se jkun Samuel Attard, li Adrian Grima ġieli ħadem miegħu fuq produzzjonijiet radjofoniċi.

Spazju-Kreattiv-colour“Stennew ħafna poeżija. Dwar l-ikel, dwar l-imħabba, dwar it-temi li ili nikteb fuqhom is-snin u jibqgħu jbaqbquni. Nittama li l-lejla se tkun sabiħa daqs il-provi u fuq kollox daqs l-att innifsu tal-kitba.”

Dakinhar tat-tnedija, il-ktieb se jkun għall-bejgħ bi prezz speċjali.

Din it-tnedija hija parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv għall-2015/16. B’rabta mat-tnedija u bħala parti mill-ħidma ta’ Spazju Kreattiv, Adrian Grima se jmexxi sessjonijiet ta’ kitba kreattiva miftuħin għall-istudenti tal-iskejjel sekondarji.

Ir-ritratti tal-PDM ta’ hawn taħt ittieħdu minn Gilbert Calleja għall-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta tal-2014 organizzat minn Inizjamed.

MMLF 2014_robert - Gilbert Calleja
Robert Farrugia Flores
MMLF 2014_mark - Gilbert Calleja
Mark Abela, iz-Zizza
MMLF 2014 - Gilbert Calleja
Plato’s Dream Machine
MMLF 2014_samwel - Gilbert Calleja
Samwel Grima
MMLF 2014_pdm - Gilbert Calleja
Plato’s Dream Machine

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s