Nhar l-Erbgħa 18 ta’ Frar jibda l-kors tad-Degreeplus “Nagħmlu Storja Tinkiteb,” kors prattiku intensiv ta’ kitba tan-novella, bis-sehem ta’ Clare Azzopardi, Adrian Grima, Khaled Khalifa, Bernard Micallef, Immanuel Mifsud, Emanuel Psaila, u Trevor Żahra.
Dawk l-istudenti tal-Università li jixtiequ jieħdu sehem fil-kors ta’ kitba kreattiva tan-novella, Nagħmlu Storja Tinkiteb, iridu jirregistraw mill-esims sa nhar it-Tnejn, 16 ta’ Frar, jew inkella jibagħtu email fuq degreeplus@um.edu.mt bl-isem tad-DegreePlus Unit, l-isem taghhom u n-nru tal-Karta tal-Identità.
https://www.facebook.com/groups/198494086850390/?ref=br_tf

DEGREEPLUS – Kors Prattiku Intensiv ta’ Kitba Kreattiva
DGP0455 | Nagħmlu Storja Tinkiteb – L-Erbgħa 12.00 – 14.00
Jibda l-Erbgħa, 18 ta’ Frar 2015
Sessjonijiet ma’ Clare Azzopardi, Adrian Grima, Khaled Khalifa, Bernard Micallef, Immanuel Mifsud, Emanuel Psaila, Trevor Żahra
data | is-sessjoni | |
1. | 18 ta’ Frar | Clare Azzopardi – L-istudenti jibdew jaħdmu fuq storja li mhix tagħhom imnebbħa minn ġrajjiet mill-gazzetti |
2. | 25 ta’ Frar | Khaled Khalifa dwar il-kitba ta’ storja mistħajla u l-kitba ta’ djarju (semiletterarju). |
3. | 4 ta’ Marzu | Clare Azzopardi – L-istudenti jaħdmu fuq karattru li ma jafuhx permezz ta’ oġġetti li jġibu magħhom. |
4. | 11 ta’ Marzu | Adrian Grima – In-narraturi fl-ewwel, it-tieni u t-tielet persuna. |
5. | 18 ta’ Marzu | Adrian Grima, plott u storja. Storja li ssir plott. L-avventura tan-narrattiva. |
6. | 25 ta’ Marzu | Trevor Żahra, Il-binja tal-karattri. |
7. | 15 ta’ April | Bernard Micallef, binja progressiva tas-sekwenza u ż-żmien fil-paragrafu. L-anakronija. Rielaborazzjoni ta’ paragrafu minn test letterarju ta’ Pierre J. Mejlak. |
8. | 22 ta’ April | Immanuel Mifsud, It-ton: il-qalba tan-novella |
9. | 29 ta’ April | Emanuel Psaila, L-influwenzi ta’ testi letterarji u mhux letterarji fuq kull letteratura li tinkiteb, u l-allużjonijiet letterarji (jew l-intertestwalità). Kif test huwa r-riproduzzjoni ta’ testi oħrajn. |
10. | 6 ta’ Mejju | Clare Azzopardi, Ftit osservazzjonijiet dwar id-dinja kumplessa imma neċessarja tal-editjar. Xogħol prattiku fuq test narrattiv. |
11. | 13 ta’ Mejju | Qari tan-novelli li nkitbu |
—