Intervista ma’ Khaled Khalifa

Khalid Khalifa mgħejjun minn Ghenwa Mumari, iwieġeb għad-domandi tal-pubbliku u tal-kittieb, poeta u għalliem tal-letteratura Maltija fl-Università ta' Malta, Adrian Grima (Ritratt meħud minn Faryal Kap)
Khalid Khalifa mgħejjun minn Ghenwa Mumari, iwieġeb għad-domandi tal-pubbliku u tal-kittieb, poeta u għalliem tal-letteratura Maltija fl-Università ta’ Malta, Adrian Grima (Ritratt meħud minn Faryal Kap)

http://www.tvm.com.mt/news/jghid-li-l-kitba-hija-l-kura-biex-ma-jinbidilx-fqattiel-jew-jitghallaq/

L-unika kura biex ma ninbidilx f’qattiel jew nitgħallaq

Artiklu ta’ Antonia Micallef – qari ta’ Khaled Khalifa

Naħseb fuq il-kitba kemm fallietni u ma setgħetx tikkonsla omm waħda ta’ martri jew tgħin lill-midrub biex jirkupra, jew lil xi tfajjel taħt tinda. Imma l-kitba hija kulma jinħtieġli. L-unika kura biex ma ninbidilx f’qattiel jew nitgħallaq. Kienu reġgħu ġewni dawk l-ewwel mumenti ta’ biża li xi darba ma nkunx nista’ nikteb. Kont nitħasseb serjament u ngħid lili nnifsi li m’hemmx soluzzjoni ħlief is-suwiċidju. Issa l-idea qisha qed terġa’ tittanta. Forsi l-kitba tista’ ssalvani u tgħinni biex ngħin lil ta’ madwari. Abbli li nkun aktar qawwi u ġentili jekk jiena u nikteb ninjora l-mewt madwari. Sirt naħrab mill-ġurnalisti li jkellmuna s-sigħat twal u fl-aħħar jiktbu dak li jarawh xieraq għall-konvenjenza tal-kuxjenza tagħhom. Din il-mewt ma tikkonċernax lilhom. Faċli wisq biex tilgħab bl-aġġettivi. Min se jħaqqaqha miegħek jekk tgħid li din ir-rivoluzzjoni hija gwerra ċivili? U li aħna grupp ta’ tribujiet u razez u setet? Naturalment ħadd. Qed terġa’ taqbadni xewqa biex nidħaq bihom u bil-valuri imma m’għandi l-ebda metodu biex inwerżaq ħlief li nikteb.

L-awtur Malti-Palestinjan Walid Nabhan jaqra silta li ttraduċa mid-djarju tal-gwerra ta' Damasku ta' Khalifa
L-awtur Malti-Palestinjan Walid Nabhan jaqra silta li ttraduċa mid-djarju tal-gwerra ta’ Damasku ta’ Khalifa

Silta b’saħħitha tradotta għall-Malti mill-awtur Malti-Palestinjan Walid Nabhan, mid-djarju tal-gwerra ‘Damascus: War Diary’ li qed jikteb l-awtur Sirjan Khalid Khalifa li jgħix f’Damasku. Id-djarju jiddokumenta l-ħajja tas-Sirjani li issa ilhom is-snin mifnijin bi gwerra.

F’attività fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, organizzata minn Inizjamed bl-għajnuna taċ-̇Ċentru għall-Kreattività tal-Kavallier ta’ San Ġakbu, Khalid Khalifa spjega kemm is-Sirjani jħossuhom abbandunati mill-bqija tad-dinja u kkritika lid-dinja tal-Punent li minkejja li tgħid li tħaddan id-demokrazija u tiddefendi d-drittijiet tal-bniedem, lanqas biss tipprova tifhem dak li għaddejja minnu s-Sirja.

“Bħal donnu s-Sirjani jħobbu jmutu, l-Għarab iħobbu jmutu,” qal b’ton sarkastiku Khalid Khalifa, “qisu għad-dinja tal-Punent id-demokrazija ma tgħoddx għad-dinja Għarbija u sa llum, skont il-liġi internazzjonali, dak li għaddej fis-Sirja huwa sempliċiment gwerra ċivili.”

Khalid Khalifa qed jittama li jlesti dan id-djaru sa sentejn oħra. Huwa qed jaħdem fuqu filwaqt li qed jikteb il-ħames rumanz tiegħu, xogħol li waqt li qiegħed Malta qed jaħdem fuq it-tieni abbozz tiegħu.

Dr Albert Gatt jaqra silta mir-rumanz magħruf ta' Khalid Khalifa maqlub bl-Ingliż, In Praise of Hatred.
Dr Albert Gatt jaqra silta mir-rumanz magħruf ta’ Khalid Khalifa maqlub bl-Ingliż, In Praise of Hatred.

Khalid Khalifa bħalissa jinsab Malta wara li ħa borża ta’ studju biex jikteb. Fl-attività Albert Gatt qara silta mir-rumanz magħruf ta’ Khalifa maqlub bl-Ingliż, In Praise of Hatred.  Dan huwa t-tielet xogħol ippubblikat tiegħu bl-Għarbi li ħareġ fl-2006 u kien innominat għall-Premju Internazzjonali tan-Narrattiva bil-Għarbi fl-2008. Dan ir-rumanz ġie ċċensurat fis-Sirja u ġie ppubblikat mill-ġdid fil-Libanu.

L-istorja ta’ dan ir-rumanz hija rrakkontata minn tfajla Musulmana fit-tmeninijiet fis-Sirja meta l-Aħwa Musulmani bdew iħejju rewwixta kontra r-reġim totalitarju vjolenti ta’ Hafez al Assad, missier il-president attwali tas-Sirja, Bashar al-Assad. Il-ġrajjiet li jirrakkonta r-rumanz wasslu għall-massakru li seħħ fil-belt ta’ Hama u bnadi oħrajn fl-1982.

Ghenwa Mumari u Khaled Khalifa (Ritratt ta' Faryal Kap)
Ghenwa Mumari u Khaled Khalifa (Ritratt ta’ Faryal Kap)

Ghenwa Mumari, Sirjana wkoll, li tgħallem il-letteratura Għarbija fl-Università ta’ Malta u ilha bosta snin taf lill-awtur, iddeskriviet lil Khalid Khalifa bħala “mgħallem tan-narrazzjoni” li ħallas prezz għoli għax kiser is-silenzju. Fl-2012 Khalid Khalifa qala’ xebgħa kbira wara li ħa sehem fil-funeral ta’ artist ħabib tiegħu li nqatel fis-Sirja. Kienu żammewh ukoll 24 siegħa arrestat u kisrulu idu x-xellugija. Iżda bl-ironija u l-ottimiżmu tipiċi tiegħu, l-awtur kien ikkummenta li ma ġara xejn, għax hekk jew b’hekkjikteb bil-lemin.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s