In Praise of Hatred – Qari u Intervista ma’ Khaled Khalifa

in praise of hatred

Nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Frar, fis-7.00pm fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt, Khaled Khalifa, rumanzier dissidenti ewlieni Sirjan se jaqra x-xogħol tiegħu u jiġi intervistat waqt attività pubblika li għaliha jista’ jattendi kulħadd. Id-dħul huwa b’xejn. Din l-attività hija organizzata minn Inizjamed bl-għajnuna taċ-̇Ċentru tal-Kreattività tal-Kavallier ta’ San Ġakbu.

Khaled Khalifa għażel li jibqa’ jgħix is-Sirja minkejja l-gwerra u l-awtur Malti-Palestinjan Walid Nabhan se jaqra silta tradotta għall-Malti tad-djarju tal-gwerra tal-awtur li jgħix f’Damasku. Ghenwa Mumari, Sirjana wkoll, li tgħallem il-letteratura Għarbija fl-Università ta’ Malta u ilha bosta snin taf lill-awtur, se tintroduċi lilu u r-rumanzi u x-xogħol tiegħu għat-televiżjoni. Din l-introduzzjoni se tkun bl-Ingliż. Albert Gatt se jaqra mir-rumanz magħruf ta’ Khalifa maqlub bl-Ingliż, In Praise of Hatred, u Adrian Grima se jintervista lill-awtur bl-Ingliż. Matul il-lejla Khaled Khalifa se jaqra silta mill-iktar xogħol reċenti tiegħu bl-Għarbi.

Khaled-Khalifa_3
Khaled Khalifa

F’reċensjoni tagħha fil-gazzetta The Guardian, Maya Jaggi tiddeskrivi In Praise of Hatred bħala rumanz “importanti ħafna”. Dan it-tielet xogħol ippubblikat tiegħu bl-Għarbi ħareġ fl-2006 u kien innominat għall-Premju Internazzjonali tan-Narrattiva bil-Għarbi fl-2008. Sadattant ir-rumanz ġie ċċensurat fis-Sirja u ġie ppubblikat mill-ġdid fil-Libanu.

Hemm aktar tagħrif fuq din l-attività fuq il-paġna tal-Facebook ta’ Inizjamed jew mingħand inizjamed@maltaforum.org.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s