L-Art Miksija bid-Dollari – 28 ta’ Frar 2015

humanities-migration-poster

Simposju Pubbliku tal-Fakultà tal-Arti dwar: il-Migrazzjoni

DR ADRIAN GRIMA


unv qoxra bissL-Art Miksija bid-Dollari

Minkejja li matul dawn l-aħħar mitejn sena, mill-gżejjer Maltin telqu għexieren ta’ eluf ta’ emigranti biex jibdew ħajja ġdida f’artijiet li ħafna drabi ma kinux jafuhom, il-letteratura Maltija ftit li xejn irrakkontat l-esperjenzi tagħhom, l-isfidi, it-tbatijiet u l-avventuri tal-emigrazzjoni. L-iktar xogħol magħruf huwa Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka ta’ Juann Mamo, rumanz imqareb u irreverenti li tqassam bħala faxxikli bejn l-1930 u l-1931. Għalkemm ġibed ċerta simpatija qanqal ukoll ħafna kritika. Mamo jixli lill-Maltin ta’ skola li sfruttaw u abbandunaw lil ħuthom stess, iżda ma jeħodhiex kontra l-kolonizzaturi Ingliżi li m’għamlux wisq biex jgħinu lill-massa tal-poplu biex toħroġ mill-faqar. Għaldaqstant ir-rumanz iqajjem ħafna mistoqsijiet dwar il-pożizzjoni tar-rumanz quddiem sitwazzjonijiet politiċi u soċjali kumplessi. L-għodod tal-kritika postkolonjalista joffru riżorsi ideali biex issir analiżi ta’ dan ir-rakkont u tagħna bħala qarrejja li qed naqrawh iktar minn tmenin sena wara fis-seklu 21.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s