Is-Sried Ixoqqna Fin Fin f’Il-Malti

il-malti LXXXVI - 2014Fil-ħarġa nru. LXXXVI (2014) tar-rivista Il-Malti tal-Akkademja tal-Malti (ippubblikata bi sħab mal-Klabb Kotba Maltin) hemm il-poeżija tiegħi, “Is-Sried Ixoqqna Fin Fin,” xogħol iddedikat lil Walid Nabhan.

Din il-poeżija nqrat għall-ewwel darba fil-pubbliku fit-tnedija tal-album Għera tal-grupp mużikali Plato’s Dream Machine f’April tal-2014.

Din il-ħarġa letterarja ta’ Il-Malti fiha poeżiji, stejjer u traduzzjonijiet ta’ għadd ta’ kittieba li qatt ma xxandru qabel.

COMPIETA hi l-pittura fuq il-qoxra ta’ di nil-ħarġa letterarja ta’ Il-Malti, li l-editur tagħha huwa Achille Mizzi. Medja mħallta fuq tila, xogħol il-pittur Antonio Mifsud (2011) 30ċm x 40ċm.

Il-membri tal-Akkademja tal-Malti għadhom kemm irċevew dan il-qari.

L-awturi kollha li jidher ix-xogħol tagħhom huma dawn: David Agius Muscat, Toni Aquilina, Clare Azzopardi, Kit Azzopardi, Charles Bezzina, Ġorġ Borg, Paul P. Borg, Steve Borg, Charles Briffa, Joseph Buttigieg, John Caruana, Charles Casha, Antoine Cassar, Carmel G. Cauchi, Leanne, Ellul, Victor Fenech, Charles Flores, Joe Friggieri, Oliver Friggieri, Fra Joel Galea, Sergio Grech, Maria Grech Ganado, Adrian Grima, Pierre J. Mejlak, Immanuel Mifsud, Maurice Mifsud Bonnici, Achille Mizzi, Kevin Saliba, Rita Saliba, Patrick Sammut, Salv Sammut, Lillian Sciberras, u Trevor Żahra.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s