Fuq inizjattiva tal-Ambaxxata ta’ Malta f’Varsavja, il-Polonja, il-poeżiji ta’ tliet poeti Maltin qed jidhru fil-metrò u bnadi oħrajn tal-belt ta’ Varsavja. Minbarra xogħol ta’ Immanuel Mifsud u Nadia Mifsud hemm ukoll versi mill-poeżija tiegħi “L-Ispazji li battlu,” li oriġinarjament ġiet ippubblikata fil-ktieb Xufftejk Spjegati/Deciphered Lips f’Derry, l-Irlanda ta’ Fuq fl-2013 mill-Verbal Arts Centre. Ħajr speċjali lill-Ambaxxatur, l-E.T. Pierre Clive Agius, tal-impenn tiegħu biex seta’ jitwettaq dan il-proġett, u ta’ dan ir-ritratt. Grazzi wkoll lil Immanuel Mifsud u lill-ħaddiema l-oħrajn tal-ambaxxata Maltija.
Is-siltiet mill-poeżiji Maltin qed jidhru bil-Malti u bil-Pollakk.
—