Nhar il-Gimgha 28 ta’ Marzu fis-7:00pm saret attività minn VersAghtini IKM immexxija minn Miriam Cassar flimkien mal-Cottonera Resource Centre fi ħdan l-Università, li jaħdem mill-iskola magħrufa bħala l-Fortini tal-Birgu, Kullegg Santa Margerita. Jien tkellimt dwar is-sehem tad-djalett fix-xoghol uniku tal-awtur Juann Mamo, Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka.
Din kienet ir-raba’ attività b’risq il-wirt letterarju Malti u b’risq id-djaletti Maltin li organizzat VersAghtini din is-sena.
Fost l-oħrajn ħadu sehem il-poeta Joe Baldacchino ta’ It-Traġedja tas-Simshar (Ta’ Mattew Fisheries, 2008) u l-mara tiegħu Rose, li jidhru hawn taħt.
Dan huwa l-ktieb fil-fatt tas-Simshar kif jirrakkontah Joe Baldacchino.
Inbigħu eluf ta’ kopji ta’ dan il-ktieb, u d-dħul intuża għal għan filantropiku.