Rikonoxximent Nazzjonali għal Din Mhix Logħba

Adrian Grima - Din Mhix Loghba - Stejjer KKM_q

Il-ġabra ta’ novelli tiegħi Din Mhix Logħba ġiet it-tieni fil-kategorija tan-narrattiva għall-adolexxenti fil-Prmeju Nazzjonali tal-Ktieb tal-2013 għal kotba li ħarġu fl-2012.

Dan il-ktieb fih erba’ novelli bi tpinġijiet mill-isbaħ tal-artista Karen Caruana u pubblikazzjoni tal-Klabb Kotba Maltin.

Peress li ma kontx preżenti għall-premjazzjoni li saret l-Erbgħa 27 ta’ Novembru fil-Berġa ta’ Kastilja mill-Prim Ministru ta’ Malta, għall-premju telgħet minfloki Karen Caruana.

Din il-kategorija ntrebħet minn John A. Bonello.bir-rumanz ta’ fastasija tiegħu Is-Sitt Aħwa. Proset tassew!

Image

Nixtieq nifraħ ukoll lill-kittieba kollha nominati. Fil-kategorija li ħadt sehem fiha kien hemm:

Lavberds – Carmel Scicluna

Frejp – Clare Azzopardi

Ġimgħa, Sibt u Ħadd – Ivan Bugeja

Anastasia – Edgar Formosa

Storja Maqsuma – Emmanuel Psaila

Din mhix logħba – Adrian Grima

Il-Prinċep tal-Warda Bajda – Liliana Risiott

Fid-dell tal-mantell iswed – Andreas Azzopardi

Is-sitt aħwa – John A. Bonello

Jenny u ż-żifna tal-Ħarifa – Rita Grech

Sajf speċjali għal Charlene – Rita Grech

Il-gazzetta L-Orizzont ħabbret li Anton Cassar, li ħdimt miegħu fuq is-Sensiela Juann Mamo, ingħata premju bħala rikonoxximent għall-kontribut siewi li ta matul is-snin fil-qasam tal-letteratura u fil-qasam tal-ktieb. Il-premju kien ippreżentat mill-Prim Ministru Joseph Muscat u miċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri.

F’diskors li għamel, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li għal din is-sena, il-Gvern żied il-fondi iddedikati għall-qasam tal-kotba. Qal li fil-preżent il-qasam tal-kotba qed jaffaċċja l-isfida tat-teknoloġija. Madankollu l-Prim Ministru qal li l-ktieb tradizzjonali xorta se jibqa’ importanti. Min-naħa tiegħu, Mark Camilleri qal li l-Gvern żied l-allokazzjoni tal-fondi għall-qasam tal-kotba b’€45,000 fuq is-sena li għaddiet u esprima x-xewqa tiegħu li f’pajjiżna jkollna aktar kittieba u aktar qarrejja.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s