Dibattitu fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb
Il-Ħamis, 14 ta’ Novembru 2013, 7:30pm, Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta
Ara l-video tad-dibattitu hawnhekk
Kelliema: Ivan Callus, Adrian Grima, Bernard Micallef, Vince Vella, Clare Vassallo. Imexxi: Charles Calleja

Sa minn żmien id-dilemma ta’ Platun u r-risposta f’forma ta’ soluzzjoni ta’ Aristotli (fil-Poetika) il-qarrejja u l-istudjużi tal-letteratura – speċjalment dawk tal-Punent – dejjem ippruvaw janalizzaw u jevalwaw xogħlijiet artistiċi letterarji b’lenti “xjentifika” billi jpoġġu dawn ix-xogħlijiet f’inkwadraturi diversi, bħal dawk: soċjokulturali, psikofilosofiċi, lingwistiċi, marxisti, u femministi. Dan wassal sabiex sa tmiem is-seklu 19 nibtet formalment f’universitajiet Ewropew, Amerikani u istituzzjoniiet akkademici oħrajn tradizzjoni ta’ riċerka u kritika letterarja li żviluppat f’dixxiplina fiha nnifisha (sui generis) bħal dik tal-pijunieri, minn T. S, Eliot u I. A. Richards sa Roland Barthes, Jacques Derrida u oħrajn.
Nota ta’ Osservazzjoni għad-Diskussjoni
Jekk wieħed iħares b’mod superfiċjali jista’ jasal faċilment għall-konklużjoni li opri ta’ natura letterarja serja m’għandhomx bżonn ta’ analiżi bir-reqqa ta’ xi tip ta’ kritika letterarja – tradizzjonali jew kontemporanja – għax kif kienu jaħsbu xi wħud mill-awturi (bħal Wordsworth u kritiċi tal-iskola romantika bħalu), meta qed tanalizza u toftoq opra letterarja tkun fil-fatt qiegħed toqtolha (“murdering in dissecting”).
Jista’ l-awtur letterarju jgħix f’xi tip ta’ simbjosi mal-kritiku letterarju?
—