Il-Fantasija ta’ Soċjetà Ġusta


bridge_to_fantasy_land_by_humbleluv-d33etg7
L-istorja tal-falliment tal-Fantasy Tours MA TITWEMMINX. Jekk tipparkja l-karozza barra mill-kaxxa, jew issuq bis-66 quddiem il-kameras tat-traffiku teħel multa. Jekk ma tħallashiex itellgħuk quddiem it-tribunal.

Imma jekk tħalli kumpanija titnejjek bin-nies għal snin sħaħ, tisraqhom ħajjin, teħdilhom il-flus minn ġo buthom dakinhar li tkun se twaqqaf l-operat tagħha, ma jimpurtax. Snin sħaħ ta’ taħwid u tgerfix u l-gwardjan ma joħroġx il-ktieb taċ-ċitazzjonijiet biex jagħti l-multa.

Inkredibbli. Ħadd ma jagħmel protesta fit-triq. Xarabank ma jagħmlux progamm fuq hekk imma minflok iġibu lill-ipnotista biex inessik il-btala li serqulek minn ħalqek. Il-gazzetti jiktbu fuq il-falliment wara li jseħħ. Meta kulħadd diġà jaf bih. Ebda bord, jew kummissjoni, jew regolatur, jew kelb ieħor tal-but ma jifferoċja. Bħallikieku din hija problema teknika. Wire li f’daqqa waħda jixxortja. Jew temperatura li tiżdied f’salt. An act of God kif jgħidu l-allat tal-insurance.

Ħadd ma jaqbeż għalik. Jekk tibgħat il-formola tat-taxxa ġurnata tard tħallas l-iżball tiegħek bl-interessi. Imma jekk tisraq il-flus ta’ familja sħiħa, jekk iċċaħħadhom minn vaganza li ilhom ifaddlu għaliha sena, ma ġara xejn. Anzi: TORT tagħhom! Kif ma indunawx li din kumpanija qarrieqa? Li s-sidien qabda ħallelin? Mela tiegħi tiegħi u tiegħek tiegħi wkoll.

fantasytours-t_620x0Suppost is-soċjetà avvanzata tagħna, bil-miljun u mitejn elf regola tagħha, biċ-Charter tal-Konsumaturi, bil-liġijiet kontra liġiijiet u kummissjonijiet kontra kummissjonijiet, bir-regolaturi bir-riegla jirregolaw ir-regoli bi preċiżjoni millimetrika, tipproteġina minn dawn il-ħallelin, minn dawn il-kriminali. Imma suppost la għandu sens u lanqas post.

Il-falliment tal-Fantasy Tours huwa falliment tas-sistema kollha, tar-regoli tas-soċjetà, tal-ġustizzja. Ġa rajna wisq każijiet simili, kemm fuq skala internazzjonali kif ukoll f’Malta.

Aħna rridu nserrħu rasna li nħallsu t-taxxi biex l-awtoritajiet jipproteġuna. Imma s-soċjetà qed tgħidilna, għal darb’oħra, li tipproteġi lil kulħadd, imma mhux lilna.

http://www.inewsmalta.com/dart/20130808-il-vaganza-fantasija-sal-biera-talbuhom-allsu-eskursjonijiet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s