Bħal xejn ma jkunux iridu jlibbsuhielek, imbagħad

CUSP_2013
Alan Portelli (electric bass), Luke Briffa (drums), Jes Psaila (kitarra)

Naħseb li qed nippreparaw affarijiet interessanti għat-tnedija tal-EP tat-trio jazz CUSP li se tkun nhar il-Ħadd. 28 ta’ Lulju, fis-7.30pm, l-MITP. Meta stednuni biex naqra l-poeżija, aċċettajt bil-kundizzjoni li naqra mal-mużika tagħhom. Jien se nippreżenta tliet poeżiji ġodda. Ħadt gost ħafna naħdem fuqhom u ħadt gost iktar nippruvahom għall-ewwel darba l-Erbgħa, 24 ta’ Lulju, ma’ Alan, Jes u Luke, tliet mużiċisti mill-aqwa li jiktbu u jdoqqu mużika divertenti u kommoventi fl-istess ħin. Rubberbodies ukoll qed jaħdmu mill-qrib mat-trio għax-xogħol li se jippreżentaw.

L-idea hi li tkun esperjenza artistika waħda, bil-burdati differenti tagħha. Il-poeżiji tiegħi jisimhom “Bħal xejn ma jkunux iridu jlibbsuhielek, imbagħad,” “De compositione,” u “Qlugħ fuq it-Tbissima Tiegħek.” Nixtieq inkompli nesplora l-poeżija bħalma Alan, Jes u Luke jesploraw il-mużika: bħala sfida kontinwa lill-konvenzjoni, lill-istabbilit. Bħala att artistiku konxju ħafna tiegħu nnifsu u tal-għodod li qed juża, imma att artistiku li huwa wkoll avventuruż, dinamiku u mimli tensjoni, kultant forsi anki divertenti.

CUSP-adrian-grima_provi_24

L-avveniment jinsab hawnhekk:
https://www.facebook.com/events/439381799492860/

Il-Ħadd, 28 ta’ Lulju 2013, 7:30pm

Il-Bitħa tal-MITP, Triq San Kristofru, il-Belt Valletta. Dħul b’xejn.

CUSP, Spiritual Ritual

CUSP - Spiritual Ritual - EP launch

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s