Inkontinenza f’Il-Malti

L-Akkademja tal-Malti għadha kemm ippubblikat ħarġa letterarja, numru LXXXIV, 2012, tar-rivista tagħha, Il-Malti. Din ir-rivista talterna bejn ħarġiet bi studji akkademiċi u oħrajn b’xogħlijiet letterarji. Ħajr lill-poeta Victor Fenech tas-sehem tiegħu. Il-qoxra ta’ din il-ħarġa għandha dettall minn xogħol ta’ pittura ta’ Anthony Catania.

Iż-żewġ poeżiji li xandart f’din il-ħarġa huma “Andrew Jħebb in-Nar” u “Inkontinenza.”  “Andrew Jħebb in-Nar” tipprova tirrakkonta l-mod kif tifel jissaħħar wara n-nar tal-art fil-Manikata. Hemm il-ħeġġa u l-vjolenza tan-nar, imma hemm il-kuluri jixegħlulu qalbu ħafna wara li jinħaraq kollox. “Inkontinenza” hija l-ewwel poeżija li ppubblikajt imnebbħa mill-mewt ta’ missieri f’Ottubru tal-2010. Missieri ma jissemmiex imma għalija jinsab kullimkien f’din il-poeżija: fit-twelid tagħha, naħseb li kont bdejt niktibha ħdejh, u f’kull kelma li hemm fiha. L-isfida l-kbira tal-letteratura hija dejjem din, għalija: kif tirrakkonta dak li huwa tant ikbar mir-rakkont, mill-kliem? Fl-istess ħin, ir-realtà hija rakkont.

Il-Malti, lxxxiv, 2012

Ħarġa letterarja tal-2012 ta’ Il-Malti, pubblikazzjoni tal-Akkademja tal-Malti

il-malti_lxxxiv_2012_wara

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s