Rużar Briffa fil-Palazz ta’ San Anton

It-Tnejn, 3 ta’ Ġunju 2013, 6.30pm

ImageId-Dipartiment tal-Malti, l-Akkademja tal-Malti u l-Għaqda tal-Malti – Università qed iħejju serata flimkien mal-Uffiċċju tal-President ta’ Malta bl-isem ta’ Fil-Ħolma tal-Poeta biex jitfakkar il-poeta Rużar Briffa f’għeluq il-50 sena mill-mewt tiegħu. Din il-kommemorazzjoni se ssir it-Tnejn 3 ta’ Ġunju 2013, fil-Palazz ta’ San Anton. 

Din se tkun preżentazzjoni multidixxiplinarja ta’ motivi magħżula ta’ Briffa fil-forma ta’ qari, drammatizzazzjoni, materjal viżiv, u lirika mmużikata. Se jkun hemm ukoll kummenti kritiċi qosra minn Oliver Friggieri, Immanuel Mifsud u Adrian Grima, li ntalab jitkellem dwar ix-xewqat mhux mitmuma li jitkellem dwarhom Briffa f’għadd ta’ poeżiji rappreżentattivi tiegħu.

Din is-serata se tkun wirja straordinarja ta’ kollaborazzjoni bejn tliet entitajiet tal-Malti (id-Dipartiment, l-Akkademja, u l-Għaqda tal-Malti) f’ġieħ poeta li ma jistħoqqlu xejn inqas.

Ritratti mill-kommemorazzjoni (ħajr lill-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika):

adrian-grima_san-anton_ruzar-briffa_3.6.13

Adrian Grima fil-Kommemorazzjoni ta' Rużar Briffa, 3 ta' Ġunju 2013, Palazz tal-President ta' San Anton
Adrian Grima fil-Kommemorazzjoni ta’ Rużar Briffa, 3 ta’ Ġunju 2013, Palazz tal-President ta’ San Anton

kommemorazzjoni_san-anton_ruzar-briffa_3.6.13

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s