Bħala parti mil-lezzjonijiet ta’ Qari fil-Librerija, nhar it-Tnejn, 4 ta’ Marzu 2013, it-tfal tat-tieni sena tas-sekondarja tal-Kullegg Missjunarju ta’ San Pawl kellhom l-okkażjoni jiltaqgħu u jiddiskutu ma’ Adrian Grima, awtur tal-ktieb ta’novelli Din Mhix Logħba.
L-istudenti ddiskutew storja minn dan il-ktieb, “Fabbrika tar-Rikordji,” dwar ix-xogħol fost it-tfal. L-istudenti staqsew ħafna mistoqsijiet interessanti dwar is-suġġett kif ukoll dwar il-kitba tal-istejjer.
Grazzi lill Adrian Grima li aċċetta li jiġi jiddiskuti l-istorja tiegħu mal-istudenti tagħna. Prosit ukoll lill-istudenti tal-interventi tajbin tagħhom!
Herman Bugeja
Għalliem tal-PSD