Din Mhix Logħba u Vleġġa Kkargata fuq RTK u mal-Istudenti

Fl-10 u s-16 ta’ Frar 2013, ixxandar il-programm li fih Tonio Bonello intervistani fuq iż-żewġ kotba tiegħi għall-adolexxenti fuq l-RTK fil-programm “Mill-Kotba Li Waslulna.”

U t-Tnejn 4 ta’ Marzu stednuni mill-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl biex niddiskuti l-istorja “Fabbrika tar-Rikordji” mal-istudenti tat-tieni sena tas-sekondarja wara sessjonijiet li kellhom mas-Sur Herman Bugeja dwar l-istorja u r-realtajiet ta’ tfal imġiegħla jaħdmu fil-fabbriki li fuqhom mibni r-rakkont. Kienet esperjenza verament sabiħa għalija, għax l-istudenti kienu ppreparati u entużjasti u qanqlu mistoqsijiet mhux faċli fuq sitwazzjonijiet soċjali u etiċi kumplessi.

Tkellimna wkoll fuq kif il-letteratura tista’ tirrakkonta stejjer veri u fuq il-letteratura li jħobbu jaqraw, fosthom ix-xogħlijiet ta’ Michael Morpurgo, awtur li nħobb ħafna.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s