Is-Sibt, 23 ta’ Frar 2013, ħadt sehem f’edizzjoni tal-programm Seħer il-Malti fuq l-RTK dwar Juann Mamo ma’ Manwel Mifsud, Thomas Pace, u Olvin Vella. Dan il-programm tistgħu tisimgħu hawnhekk: http://rtk.org.mt/ondemand.asp?cat=14&id=6087
Ċemplu u kitbu għadd ta’ semmiegħa ta’ dan il-programm tant popolari biex jgħinuna bit-tifsiriet ta’ ċerti espressjonijiet li juża Mamo fir-rumanz tiegħu Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka li se jerġa’ jiġi ppubblikat mis-Sensiela Kotba Soċjalisti flimkien ma’ ktieb dwar il-personaġġi li jissemmew fih (proġett ta’ Anton Cassar, Olivia Borg u tiegħi) u ġabra tal-poeżiji ta’ Mamo, xogħol Annalise Vassallo.
It-tieni programm fuq Mamo xxandar is-Sibt, 2 ta’ Marzu 2013, wara l-aħbarijiet ta’ nofsinhar fuq l-RTK. http://rtk.org.mt/ondemand.asp?cat=14&id=6123. Ġew diskussi, fost l-oħrajn, l-isem “Venut” u l-kunjom “Santucci.”