Il-Komponiment Letterarju tal-Malti fl-eżami taċ-ĊES (2013)

qawsallaF’dawn l-aħħar sentejn l-għalliema tal-Malti fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, Ms. Frances Zammit, stednitni biex nagħmel taħdita lill-istudenti tal-ħames klassi dwar il-kitba tal-komponiment letterarju fl-eżami taċ-ĊES tal-Malti (livell ordinarju tal-MATSEC).

L-ewwel parti ta’ din il-preżentazzjoni fiha għadd ta’ kummenti meħudin mir-rapporti tal-eżaminaturi tal-2010 u l-2011 dwar dan is-suġġett. Huma kummenti li jirriflettu l-fehmiet tal-eżaminaturi iktar milli l-fehmiet tiegħi.

Fit-tieni parti nagħti għadd ta’ suġġerimenti prattiċi għat-tfassil tal-paragrafi tal-komponiment letterarju dwar kull waħda mill-ħames temi li hemm fis-sillabu.

Din hija l-aħħar sena (2013) li fiha qed isir l-eżami b’dan is-sillabu mibni fuq il-ktieb Qawsalla. Mill-2014 il-kważi 5000 student u studenta li jagħmlu dan l-eżami tal-Malti fl-aħħar tas-sekondarju se jimxu fuq is-sillabu l-ġdid mibni fuq l-antoloġija Bejn Ħaltejn u għadd ta’ termini letterarji, sillabu li jiffoka aktar, kif għandu jkun, fuq it-teknika letterarja, fuq l-istil, milli fuq il-kontenut tematiku.

Il-preżentazzjoni dwar l-eżami ta’ din is-sena (2013) tinsab hawnhekk: il-komponiment-letterarju-tac-ces-24-2-13-adrian-grima-13

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s