Il-Letteratura fuq Nitfa Kultura

Nhar il-Ħamis 17 ta’ Jannar 2013 irrekordjajt erba’ intervisti qosra ma’ Frederick Zammit biex jixxandru fil-programm tiegħu ta’ kuljum fuq Radju Malta (qabel l-Aħbarijiet tas-6.00pm), “Nitfa Kultura.”

radju-malta-logo

FL-erba’ rikordings li għamilna tkellimt dwar il-kors prattiku ta’ kitba tan-novella li se nagħmlu l-Università bl-isem ta’ Nagħmlu Storja Tinkiteb bħala parti mill-programm tad-Degreeplus; dwar il-ktieb Hawn Jidħol il-Gawwi/Ici arrivent les mouettes; dwar il-ġabra ta’ poeżiji għall-adolexxenti Vleġġa Kkargata; u dwar il-ktieb ta’ novelli għall-adolexxenti wkoll, Din Mhix Logħba.

gwida_vlegga-kkargata_20-26.1.13

Fl-intervista qasira dwar Vleġġa Kkargata ħadt pjaċir ħafna naqra żewġ poeżiji, “Adriana l-Pulizija” u “Min Jaf?” waqt li meta tkellimna dwar il-ktieb ta’ traduzzjonijiet tal-poeżiji tiegħi għall-Franċiż minn Elizabeth Grech, qrajt “Hawn Jidħol il-Gawwi” u “Ħallejt Ġenbejk fuq Ruħi.”

Sadattant, fir-rivista il-Gwida dehru artikli qosra dwar dawn it-tliet kotba fil-ġimgħat li għaddew f’dawn il-ħarġiet: 6-12 ta’ Jannar 2013, 13-19 ta’ Jannar 2013, u 20-26 t’ Jannar 2013. Grazzi mill-ġdid lil Frederick Zammit tal-impenn tiegħu fil-promozzjoni tal-kultura f’Malta. L-intervisti se jixxandru matul Frar 2013.

Ici arrivent les mouettes_adrian-grima_elizabeth-grech

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s